Għat-tielet sena konsekuttiva ċ-ċittadella u ċ-ċentru tal-viżitaturi ngħataw l-unur prestiġjuż tat-‘Travellers’ Choice Award’ minn TripAdvisor. Aqra aktar

Għat-tielet sena konsekuttiva ċ-ċittadella u ċ-ċentru tal-viżitaturi ngħataw l-unur prestiġjuż tat-‘Travellers’ Choice Award’ minn TripAdvisor. Aqra aktar
Matul dawn l-aħħar xhur sar restawr estensiv fuq il-makkinarju tal-arloġġ u t-turretta fiċ-Ċittadella, Għawdex.Aqra aktar
Nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju, id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Minsteru għal Għawdex ħa l-inizjattiva sabiex saret mixgħela mas-swar maestuż taċ-Ċittadella u fil-Pjazza Tal-Katidral.Aqra aktar
Kollox jinsab lest sabiex jittella’ ċ-Ċittadella Arts Festival f’Għawdex bl-isem Beat It: A Big Band Show. Aqra aktar
Bosta kienu dawk li lbieraħ 16 ta’ Marzu 2019 żaru ċ-Ċittadella f’Għawdex fejn l-atmosfera nbidlet għal dik ta’ seħer bit-tnemnim tad-dwal tax-xemgħa b’forom u disinni differenti.
Lejl Imkebbes. Dan huwa l-isem t’ attivita ġdida li se tkun organizzata f’Għawdex, li se ssir nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu madwar iċ-Ċittadella. Oriġinarjament, l-attività kellha ssir f’Novembru iżda ġiet posposta minħabba l-maltemp.
Jonathan Pace, li huwa l-organizzatur ta’ din l-attivita, qal li se tinħoloq atmosfera maġika mill-isbaħ fis-sit medjevali taċ-Ċittadella. Spjega li ċ-Ċittadella kollha se tkun mixgħula minn aktar minn 30,000 xemgħa, li minnhom se tkun qed tinħoloq arti li tirrappreżenta affarijiet kulutrali u l-istorja ta’ Malta. Aqra aktar
Matul il-lejl li għadda iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella t’Għawdex ġie mogħti l-unur prestiġġjuż ‘Thea
Award for Outstanding Achievement’ – l-ogħla unur fil-qasam tad-divertiment tematiku mogħti mit-Themed
Entertainment Association (TEA)
Il-Ministeru għal Għawdex qed ifakkar il-mija u ħamsin sena mindu iċ-Ċittadella, minn fortizza fil-qalba tal-belt Għawdxija, biddlet il-funzjoni oriġinali tagħha għal waħda ċivili.
Ir-ritratti rebbieħa tal-kompetizzjoni fotografika dwar l-abitat naturali organizzata minn Heritage Malta se jkunu esebiti wkoll f’Għawdex fl-uffiċċju tal-aġenzija fiċ-Ċittadella.
Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal tliet kategoriji, Flora, Fawna u Baħar. Minbarra li ntgħażlu tliet ritratti rebbieħa f’kull kategorija, intgħażel ukoll l-aħjar ritratt minn fost l-għaxar finalisti. It-tliet ritratti rebbieħa kif ukoll is-sitt ritratti li kklassifikaw fit-tieni post f’kull kategorija kienu għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.
Issa se jkunu esebiti wkoll fl-uffiċċju ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella bejn l-20 ta’ Marzu u t-30 t’April. Heritage Malta spiss tirrepeti attivitajiet f’Għawdex sabiex iżżid l-aċċessibbiltà għall-kollezzjonijiet. Il-wirja se tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00am u l-4.00pm. Id-dħul huwa b’xejn.
Heritage Malta ħabbret li nhar it-Tlieta, fil-Festa ta’ Santa Marija, viżitaturi tal-mużewijiet taċ-Ċittadella f’Għawdex, se jkunu jistgħu jixtru biljetti bi prezz ridott. Aqra aktar
Send this to a friend