Notifiki

Jistabbilixxu ċ-Ċirkewwa Marine Park

Kim, il-fekruna li għandha bejn tmien u għaxar snin ħadet sehem f’ċerimonja li fiha ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u n-Nature Trust.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Il-pulizija ma ssib xejn irregolari wara spezzjoni fiċ-Ċirkewwa

AĠĠORNAT: ONE News ġie infurmat mill-kumpanija li għandha l-vann inkwistjoni li l-pulizija ma sabet xejn irregolari waqt operazzjoni dalgħodu fiċ-Ċirkewwa.

Intqal li din kienet spezzjoni ta’ rutina u l-pulizija rrilaxxat lix-xufier tal-vann.

 

AKTAR QABEL: Dalgħodu numru ta’ Pulizija pajżana u membri tar-Rapid Intervention Unit iċċirkondaw vann li deher li kien qed iġorr xi fliexken tas-sapun.Aqra aktar

Il-kuntrattur se jagħmel tajjeb biex jittranġa l-pont taċ-Ċirkewwa difettuż li nbena taħt GonziPN

Il-Gvern permezz ta’ Infrastruttura Malta ser ikun qed jagħmel tajjeb għall-ħsarat massiċċi fil-pont tat-terminal taċ-Ċirkewwa li nbena taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi fl-2012.Aqra aktar

Il-kuntratt ta’ GonziPN għat-terminal taċ-Ċirkewwa lanqas kellu kriterji ta’ bini f’żona marittima

Il-kuntrattur Charles Polidano, iċ-Ċaqnu segwa l-kriterji f’kuntratt defiċjenti li kellu fil-bini tal-pont tat-terminal taċ-Ċirkewwa.

It-Times irrappurtat li riżultat tax-xquq li bdew jidhru fil-kolonni, 6 snin biss wara, il-kuntrattur qed iwaħħal fil-kuntratt li ngħata mill-Gvern GonziPN. Aqra aktar

It-terminal taċ-Ċirkewwa ta’ żmien GonziPN b’konkrit inferjuri

Il-konkos li jżomm il-pont  taċ-Ċirkewwa u li minn fuqu jgħaddu eluf ta’ passiġġieri li jaqsmu l-fliegu, ddeterjora u jrid jinbidel.

Dan 6 snin biss mindu Gvern Nazzjonalista tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, inawgura dan it-terminal. Aqra aktar

“Game Show” Ungeriz jiffilmja avventuri estremi f’pajjizna

Spazji magħluqa, tixbit mal-irdum tal-Imtaħleb u nżul f’karozza fit-tank tal-faċilitajiet tal-films fir-Rinella huma wħud mill-avventuri estremi li qed jgħaddu minnhom sebgħa koppji Ungeriżi waqt il-ġbid ta’ produzzjoni Ungeriża f’pajjiżna.

Il-Produzzjoni The Bravest Couple mistennija tħalli f’pajjiżna maż-żewġ miljun ewro fl-20 jum li mistennija tieħu biex tinġibed f’Malta.

Il-produzzjoni se tixxandar fuq TV2, l-akbar stazzjon televiżiv Ungeriż u qed tinġibed f’għadd ta’ postijiet f’Malta fosthom iċ-Ċirkewwa, il-Birgu, il-Mellieħa u l-Palazz ta’ Selmun li fih qed jgħixu l-parteċipanti kuraġġjużi ta’ din is-sensiela u li waħda fosthom se tingħata t-titlu tal-aktar koppja qalbiena.Aqra aktar

Send this to a friend