AĠĠORNATA: Jixhed wieħed mit-tfal ta’ DCG

Matthew Caruana Galizia, wieħed mit-tliet ulied tal-blogger Daphne Caruana Galizia, xehed għall-ewwel darba fil-Qorti fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ ommu b’karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet.

Fix-xhieda tiegħu bl-Ingliż, Caruana Galizia qal li lejlet il-qtil ta’ ommu, huwa ħalla l-karozza barra mill-grada tad-dar tagħhom fil-Bidnija. Huwa kkonferma wkoll li kien hu l-aħħar persuna li għamel użu mill-karozza, ġurnata qabel l-isplużjoni.Aqra aktar

“In-Nazzjon” tirtira rapport dwar iċ-Ċiniż

Il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, In-Nazzjon, kellu jritira allegazzjoni li għamel fil-konfront ta’ George Degiorgio, magħruf bħala ċ-Ċiniż, meta allega li pprova jwettaq suwiċidju fil-ħabs. Degiorgio huwa wieħed mit-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

Tliet Pulizija midruba u 35 persuna arrestati waqt protesti fi Franza dwar il-qtil ta’ raġel Ċiniż

Nuqqas ta’ qbil u protesti kbar f’Pariġi dwar il-qtil ta’ raġel Ċiniż ħallew tliet uffiċjali tal-Pulizija midruba u diversi persuni oħra arrestati.

Demostranti ngħaqdu barra l-Għassa tal-Pulizija f’Pariġi lbieraħ bħala forma ta’ rispett lejn ir-raġel li nqatel.

Il-familja tiegħu qed tiċħad r-rapport tal-Pulizija, li l-istess raġel attakka uffiċjal b’oġġett bil-ponta meta ġew biex jirrispondu għar-rapporti li saru fuq il-midja dwar il-ġlieda li seħħet f’residenza.

Aqra aktar

Send this to a friend