Notifiki

Miċħuda talba oħra ta’ ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio

It-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio ġiet miċħuda għal darb’oħra mill-Qorti.

Quddiem l-Imħallef Joanne Vella Cuschieri r-rikors ta’ George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż u Alfred Degiorgio magħruf bħala l-Fulu ma ntlaqax.

L-Imħallef qalet li mhux jinkisru d-drittijiet tal-bniedem tal-imputati u saħqet li l-aħwa Degiorgio huma akkużati b’reat serju.

Għall-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat dehru l-Avukat tal-Istat innifsu Dr Christopher Soler u l-Avukat Dr Maurizio Cordina.

Kienu lesti jisplodu l-bomba bil-qraba magħha

L-aħwa Alfred u George Degiorgio kienu lesti jisplodu l-bomba ta’ Daphne Caruana Galizia anke bi qraba magħha.

Dan intqal minn Vince Muscat, il-Koħħu waqt li kien qed jixhed fil-konfront tal-aħwa Alfred u George Degiorgio.

Dan wara li fl-aħħar ta’ Frar ammetta li qatel lil Caruana Galizia u ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs.Aqra aktar

Ara l-wasla tal-erba’ akkużati bil-qtil ta’ DCG u Chircop fil-ħabs

Ftit tal-minuti wara li l-erba’ akkużati b’rabta ma’ żewġ omiċidji ċaħdu l-akkużi, huma daħlu fil-ħabs. Kien propju fl-22:35 meta grupp ta’ vetturi dehru joqorbu lejn il-ħabs ta’ Kordin.

B’kollox kien hemm tmien vetturi iżda seba’ minnhom daħlu fil-ħabs, bl-aħħar vann, li fih kien hemm pulizija armati u bil-balakavi ma daħalx fil-ħabs. Il-vetturi l-oħra kellhom fihom l-investigaturi u membri tas-sigurtà kif ukoll l-akkużati; l-aħwa Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u anki George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż.

Jamie Vella kien liebes ilbies protettiv filwaqt li dawk għassa miegħu kienu lebsin ukoll ilbies abjad protettiv. Dan peress li Vella huwa pożittiv għall-Covid-19.

AQRA WKOLL: 

BIL-FILMAT: Iwieġbu mhux ħatja u jibqgħu jinżammu arrestati wara li ġew mixlija bil-qtil ta’ DCG u Carmel Chircop

BIL-FILMAT: Iwieġbu mhux ħatja u jibqgħu jinżammu arrestati wara li ġew mixlija bil-qtil ta’ DCG u Carmel Chircop

Erba’ persuni, l-aħwa Adrian u Robert Agius tal-Maksar u Jamie Vella u George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż ttieħdu l-ħabs wara li tressqu l-Qorti mixlija b’żewġ omiċidji, dak ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop. F’awla 22 fil-Qorti ta’ Malta tressqu l-erba’ persuni tard l-Erbgħa filgħaxija taħt sigurtà stretta. Huma ċaħdu l-akkużi, b’Degiorgio għażel li ma jwieġeb għall-ebda domanda. Il-persuni mressqa baqgħu jinżammu arrestati.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, Adrian Agius ġie mixli li huwa l-mandant fil-qtil ta’ Carmel Chircop. Dan filwaqt li Jamie Vella u George Degiorgio ċ-Ċiniż ġew mixlija li huma l-eżekuturi fil-qtil tal-Avukat Chircop.

Robert Agius u Jamie Vella ġew mixlija wkoll li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Caruana Galizia. L-aħwa Agius ġew mixlija b’atti kriminali oħra fosthom pussess tad-droga. Degiorgio u Vella ġew mixlija b’pussess ta’ armi tan-nar mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Jamie Vella kien il-persuna nfettat bil-Covid-19 u tressaq il-Qorti f’awla mdaqqsa u bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont il-parir tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Fil-fatt inġab permess speċjali biex Vella tressaq il-Qorti biex jaffaċċja l-akkużi. George Degiorgio nġab mill-ħabs u dan diġà huwa meqjus bħala wieħed mill-allegat eżekuturi fil-qtil ta’ Caruana Galizia hekk kif qed jaffaċċja l-akkużi fil-Qorti dwar il-qtil li seħħ fl-2017.

L-omiċidju ta’ Chircop seħħ f’Ottubru ta’ sitt snin ilu u dan kien instab maqtul f’kumpless tal-garaxxijiet f’Birkirkara kmieni filgħodu tat-8 ta’ Ottubru tal-2015. Dakinhar id-delitt seħħ hekk kif il-vittma kien ħiereġ għax-xogħol. L-Avukat Chircop kien inqatel b’erba’ tiri sparati b’arma tan-nar.

L-Avukati Alfred Abela u Rene’ Darmanin dehru għall-aħwa Robert u Adrian Agius u Jamie Vella filwaqt li Dr William Cuschieri deher għal George Degiorgio. Dr George Camilleri rrappreżenta l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Prosekuzzjoni kienet mmexxija mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispetturi Shaun Pawney u Wayne Camilleri.

 

“Yorgen Fenech ta’ Tumas qabbadni noqtolha” – Melvin Theuma fil-Qorti

“Jien ma’ Keith Schembri naħlef li qatt ma kelli kuntatt. Rajtu darbtejn biss f’ħajti.”

Xehed dan il-middleman Melvin Theuma, ix-xhud ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif il-Ġimgħa reġgħet kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Alfred Degiorgio u George Degiorgio u Vince Muscat, l-allegat eżekutturi fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Aqra aktar

Send this to a friend