cinema – One News

Notifiki

Ċinema fil-miftuħ fi ġnien fil-Belt

Bejn il-25 u t-28 ta’ Ġunju il-kapitali ta’ pajjiżna se toffri numru ta’ attivitajiet fosthom Ċinema fil-Miftuħ fi Ġnien Laparelli.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef stqarr kif din l-attività kapaċi tilqa’ sa tliet mitt persuna bilqiegħda filwaqt li xorta tinżamm id-distanza soċjali. Aqra aktar

Minn nhar il-Ġimgħa fiċ-ċinema se tkun tista’ tara storja tal-waħx bil-Malti

Minkejja l-isfidi li ġġib magħha l-industrija lokali tal-films, id-direttur u l-producer tal-films Malti Mark Doneo ma jaqtax qalbu milli jkompli jwassal fis-swali taċ-ċinema ta’ pajjiżna films bil-Malti. Bħal fil-każ tal-film ġdid tiegħu, ‘Hemm Dar fil-Qala’, film ġdid maħdum kompletament minn crew u atturi Maltin. Aqra aktar

Bohemian Rhapsody u Titanic kienu l-aktar films li l-Maltin marru jaraw fiċ-ċinema

Bohemian Rhapsody u Mamma Mia Here We Go Again kienu l-aktar żewġ films popolari f’pajjiżna matul is-sena li għaddiet. Dan skont stħarriġ li wettqet KRS, il-kumpanija Maltija li ġġib il-films f’pajjiżna.

Fil-fatt dak il-film li jfakkar il-leġġenda Fredie Mercury u l-grupp Queen dam fl-ewwel post tal-aktar film li ra nies għalih fis-swali taċ-ċinema għal seba’ ġimgħat sħaħ.Aqra aktar

Sena mill-aqwa għaċ-ċinema fl-Ewropa

L-2018 mistennija tkun sena rekord ta’ persuni li marru ċ-ċinema fl-Ewropa. Studju fl-Ewropa juri li mhux anqas minn 176 miljun persuna għażlu li jaraw film fis-swali taċ-ċinema. Din hija l-ogħla rata mill-1970 s’issa, u żieda ta’ sitt miljun persuna meta mqabbel mal-2017.

Fl-Ewropa, iċ-ċinema mmistennija ddaħħal ftit anqas minn żewġ biljun ewro sal-aħħar ta’ din is-sena.Aqra aktar

Fl-2016 inqas persuni għażlu li jaraw film fiċ-ċinema

Fl-2016, is-swali taċ-ċinema f’Malta u Għawdex urew 391 film differenti u kellhom total ta’ 672,487 ammissjoni. Bl-aktar films popolari kienu Finding Dory, Deadpool u The Secret Life of Pets.

Is-sena li għaddiet f’pajjiżna kellna tmien swali taċ-ċinema miftuħa għall-pubblika, li tnejn minnhom jinsabu f’Għawdex. Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-istatistika dawn is-swali kellhom total ta’ 35 screen u jesaw 6,771 persuna. 26 minn 35 sala taċ-ċinema kienu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà.

Aqra aktar

Send this to a friend