cina – Page 7 – One News

Notifiki

15-il sena ta’ ħidma miċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta

F’dawn il-jiem, iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż qed ifakkar il-15-il anniversarju minn meta nfetaħ dan iċ-ċentru f’pajjiżna.  Dan kien l-ewwel ċentru kulturali Ċiniż li nfetaħ fl-Ewropa.  Huwa parti minn ħolqa ta’ kollaborazzjoni riċeproka li dejjem kien hemm bejn dawn iż-żewġ pajjiżi li bdiet fl-1972 meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff kien żar dan il-pajjiż mbiegħed.Aqra aktar

Tariffi ġodda fuq prodotti Ċiniżi

L-Istati Uniti qed timponi tariffi ġodda fuq mitejn biljun dollaru f’prodotti Ċiniżi hekk kif qed teskala l-gwerra tan-negozju ma’ Beijing.

Dawn it-tariffi japplikaw għal kważi 6,000 oġġett, u jimmarkaw l-ikbar għadd ta’ tariffi Amerikani s’issa.Aqra aktar

Mara tqila ssib far mejjet fis-soppa

Mara tqila kellha esperjenza mhux tas-soltu f’ristorant popolari tal-ikel ċiniż, meta f’platt soppa sabet far mejjet.

Ir-ristorant issa tilef mal-$190miljun wara diversi ritratti tal-far spiċċaw fuq l-internet. Ir-ristorant ġie sospiż mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tal-provinċja ta’ Shandong fiċ-Ċina.Aqra aktar

Iċ-Ċina u l-Korea jikkonfermaw iż-żjara ta’ Kim Jong

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, kien ikkonfermat li l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un żar iċ-Ċina.

Iż-żjara kkonfermata miċ-Ċina u l-Korea ta’ fuq, tfisser li din kienet l-ewwel żjara ta’ Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej seba’ snin ilu.

Qiegħed ikun irrapurtat li t-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta’ success.

Iċ-Ċina hija l-alleat ekonomiku ewlieni tal-Korea ta’ fuq u kien mistenni li tikkonsulta ma’ Beijing qabel is-summits ippjanati mal-Korea t’isfel u l-Istati Uniti.

Kim mistenni jiltaqa’ mal-President tal-Korea t’isfel Moon Jae-in f’April u mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump f’Mejju.

Bil-Filmat: Serqa tmur ħażin

Serqa marret ħażin f’ Shangai fic-Cina fejn żewġ ħallelin pruvaw jisirqu minn ħanut billi jkissru l-faċċata tiegħu.

Mill-filmat jidher li din marret ħazin, meta wieħed mill-ħallelin tefa’ l-ġebla lil sieħbu meta ma kkalkulax il-ħin sakemm għadda minn quddiem il-viżta tiegħu, bil-konsegwenza li spiċċa fl-art.

Send this to a friend