FIĊ-ĊINA: Kull koppja issa jista’ jkollha sa tliet ulied

Fiċ-Ċina issa koppji jista’ jkollhom sa tliet ulied wara li l-aħħar ċensiment wera tnaqqis fir-rata ta’ twelid fil-pajjiż. Il-liġi ta’ wild wieħed biss għal kull koppja, li kienet ilha imposta għal għexieren ta’ snin, inbidlet fl-2016 biex ippermettiet sa żewġ ulied għal kull koppja. Jidher iżda, li din ma tatx ir-riżultati mixtieqa.Aqra aktar

Botta u risposta bejn iċ-Ċina u l-Amerka hekk kif għaddejja investigazzjoni dwar l-oriġini tal-COVID-19

Iċ-Ċina mminat l-isforzi tal-Amerka biex tkompli tinvestiga jekk il-virus tal-COVID-19 oriġinax minn laboratorju fiċ-Ċina.

Il-President Amerikan Joe Biden qal li qed jistenna r-riżultati ta’ rapport li sar fuq l-oriġini tal-virus.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina akkuża lill-Istati Uniti b’manipulazzjoni politika u li qed jippruvaw jitfgħu t-tort fuq ħaddieħor.

Iċ-Ċina ċaħdet kwalunkwe akkuża ta’ rabta bejn il-COVID-19 u laboratorju fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan.

L-ewwel każ ta’ COVID-19 instab f’Wuhan lejn l-aħħar tal-elfejn u dsatax, u minn dakinhar, aktar minn mija u tmienja u sittin miljun każ ġew irreġistrati madwar id-dinja, u madwar tliet miljuni u ħames mitt elf fatalità.

Uffiċjali Ċiniżi rabtu l-ewwel każijiet tal-COVID-19 ma’ suq tal-ħut f’Wuhan, b’diversi xjentisti ħarġu b’teoriji li l-virus għadda mill-annimali għall-bnedmin.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li hija kważi impossibbli li l-virus oriġina minn laboratorju, wara li uffiċjali tal-istess għaqda kienu għamlu żjara f’Wuhan aktar kmieni din is-sena.

Send this to a friend