Notifiki

Iċ-Ċilì f’lockdown mill-ġdid wara żieda qawwija fl-infezzjonijiet

Iċ-Ċilì ħabbar lockdown fil-kapitali Santiago fost żieda qawwija fl-infezzjonijiet ta’ COVID-19, minkejja li kważi sittin fil-mija tal-popolazzjoni hija kompletament imlaqqma.

Aktar minn tmien miljun persuna li jgħixu fil-kapitali jridu jibqgħu d-dar mis-Sibt li ġej.

Il-Ħamis, f’jum wieħed biss, iċ-Ċilì rreġistrat kważi tmint elef infezzjoni, li l-maġġoranza tagħhom huma persuni li mhumhiex kompletament imlaqqma.

Is-sodod fl-isptarijiet huma kważi kollha mimlija, bl-uffiċjali qegħdin iwissu li s-sistema tas-saħħa fil-pajjiż tinsab qrib li tikkollassa.

Ħames persuni oħra mejta waqt il-protesti fiċ-Ċilì

Ħames persuni mietu meta xi persuni qabbdu fabbrika tat-tessuti fil-belt kapitali taċ-Ċilì, Santiago, waqt protesti li qed isiru bħalissa fil-belt. Il-pulizija kif ukoll truppi militari użaw gass tad-dmugħ kif ukoll l-ilma sabiex jikontrollaw il-konfużjoni li qajjmu d-demostranti. Intant, ġiet imposta curfew f’diversi ibliet madwar il-pajjiż.  Aqra aktar

L-Arċisqof Scicluna lura Malta wara xogħol fiċ-Ċili

L-Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum wara nofsinhar wara ġimagħtejn fiċ-Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

L-Arċisqof ser ikompli bil-ħidma tiegħu fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, bl-ewwel impenn pubbliku jkun nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.

Dakinhar Mons. Arċisqof ser imexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur u jiċċelebra Quddiesa fl-Isla.

L-Arċisqof beda t-triq għall-fejqan

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna ħabbar fuq twitter li qed jirkupra mill-intervent mediku biex tneħħietlu l-marrara; liema operazzjoni saritlu l-bierah fl-Isptar ta’ San Carlos de Apoquindo f’Santiago ċ-Ċili.

Intervent li kawża tiegħu  Scicluna kellu jwaqqaf ħesrem il-missjoni fdata lilu mill-Papa Franġisku dwar allegat abbużi sesswali minn saċerdot fuq tfal.

Huwa irringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh u li qegħdin jitolbu għalih f’dan iż-żmien diffiċli.

 

 

L-Arċisqof ta’ Malta fuq xogħol assenjat mill-Papa

L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum ser iħalli Malta fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

L-Arċisqof ser iżur New York u ċ-Ċilì għal numru ta’ laqgħat privati. Huwa jirritorna Malta l-Ħadd, 25 ta’ Frar 2018.

Terremot jolqot liċ-Ċili

Terremot li kejjel sebgħa punt sebgħa fuq l-iskala rikter ma ħalla ebda ħsara estensiva jew mwiet fiċ-Ċili. Dan seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta waranofsinhar, ftit iktar minn mitt kilometru ‘l bogħod mill-kosta, fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

Aqra aktar

Send this to a friend