ċiklun – One News

Notifiki

Ċiklun ieħor jolqot lil Mozambique

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat lit-Tramuntana ta’ Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira oħra. Iċ-ċiklun ġab miegħu irwiefen b’veloċità ta’ 210km s-siegħa, u diġà qatel tliet persuni fuq il-gżira ta’ Comoros. L-Istitut Nazzjonali tal-Immaniġjar tad-Diżastru qal li 30,000 persuna ġew evakwati miż-żoni li hemm ċans kbir li jintlaqtu.

Ix-xahar li għadda, iċ-Ċiklun Idai ikkawża mijiet ta’ mwiet fir-reġjun. Fil-fatt, iktar minn 900 persuna mietu meta l-maltempata ġabet qerda sħiħa f’Mozambique, Malawi u Zimbabwe.

15,000 ruħ qed jistennew li jiġu salvati miċ-ċiklun Idai fl-Afrika

Kważi 15,000 ruħ għad iridu jiġu evakwati mill-ħerba li kkawża ċ-ċiklun Idai f’Mozambique, fl-Afrika t’isfel. Il-vittmi qed jissieltu għal ħajjithom wara l-għargħar li laqat l-inħawi u kkawża ħsarat estensivi. Uffiċjali tas-sigurtà li qed jagħtu l-għajnuna meħtieġa fl-inħawi qed iwissu li għad fadal biżżejjed ilma nadif biex iservi għal tlett ijiem.

Aqra aktar

Ċiklun iħalli ħames persuni mejta f’Bangladesh

Ċiklun Mora li laqgħet lil Bangladesh ħalla minn tal-inqas ħames persuni mejta.

Qed jingħad li l-maġġoranza tilfu ħajjithom wara li waqgħet siġra fuqhom fid-distrett ta’ Cox Bazar u Rangamati.

Mijiet ta’ djar sofrew minn ħsarat kbar u kif ukoll saret ħsara signifikanti f’kamp tar-refuġjati.

L-awtoritajiet qed jgħinu sabiex jirrilokaw mijiet tal-eluf ta’ persun għal post alternattiv ta’ kenn.

Prezz għali għaċ-ċiklun fl-Awstralja

 

L-Awstralja qed tistma l-ħsara li saret miċ-ċiklun Debbie li ħalla ħerba sħiħa fi Queensland.

Iż-żona li ntlaqtet mid-diżastru naturali tinkludi mal-elf kilometru ta’ territorju Awstraljan hekk kif dan iċ-ċiklun ħalla tlett persuni mejta.

Aqra aktar

Jagħlqu l-iskejjel kollha fi Queensland

L-iskejjel kollha fi Queensland fl-Awstralja ngħalqu wara l-għarar li ġie kkawżat minħabba iċ-ċiklun Debbie.

Kmieni din il-ġimgħa ċ-ċiklun b’saħħtu li laħaq irwiefen ta’ 263 kilometru fis-siegha laqat lill-kosta ta’ Queensland fl-Awstralja fejn aktar minn 25,000 persuna kienu mħeġġa jevakwaw kawża taċ-ċiklun Debbie.

Aqra aktar

L-Awstralja tinħakem mill-qawwa ta’ ċiklun devastanti

Ċiklun b’saħħtu li laħaq irwiefen ta’ 263 kilometru fis-siegha laqat lill-kosta ta’ Queensland fl-Awstralja. Aktar minn 25,000 persuna kienu mħeġġa jevakwaw kawża taċ-ċiklun Debbie.

Iċ-ċiklun ta’ kategorija erbgħa diġa ħalla minn tal-inqas 23,000 dar mingħajr dawl u kkawża wkoll ħsarat fil-gżejjer popolari ta’ Whitsunday.

Dan iċ-ċiklun mistenni jkun l-aktar wieħed li jikkawża ħsarat fi Queensland mill-2011 ‘il hawn. Sadanittant, il-Prim Ministru Federali Malcolm Turnbull wiegħed li l-qawwa tad-difiża se tkun lesta biex tgħin f’dan il-każ ta’ emerġenza kkawżat mill-qawwa tan-natura.

Aqra aktar

Send this to a friend