Chris Fearne – One News

Notifiki

Malta diġà allokata 330,000 doża f’każ ta’ vaċċin għall-Covid-19

F’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għall-COVID-19 fil-ġimgħat li ġejjin, Malta hija diġà allokata 330,000 doża.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fejn fisser kif Malta se tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li tipproteġi l-vulnerabbli u l-frontliners.

Il-Ministru spjega wkoll li wara dan l-ewwel pass Malta mistenni jkollha aktar dożi għall-Poplu Malti u Għawdxi kollu.

Pjan li jindirizza s-sitwazzjoni bla preċedent li għaddejna minnha

Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li tfassal abbażi tas-sitwazzjoni bla preċedent li l-pajjiż affaċċja fl-aħħar xhur minħabba l-pandemija Covid-19.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li mexxew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, huma u jispjegaw aktar il-miżuri mħabbra mill-Prim Ministru t-Tnejn. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Mil-lum rilaxxati kważi l-kumplament tar-restrizzjonijiet

Il-5 ta’ Ġunju 2020 kien jum tant mistenni għal bosta hekk kif grazzi għall-aħħar rilaxx ta’ miżuri, in-negozji u l-familji ħadu pass ieħor għan-normalità.

Dan il-jum immarka wkoll ġimagħtejn minn mindu l-istabbilimenti kummerċjali fetħu mill-ġdid. Żjara li għamlet it-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija tefgħet dawl fuq l-esperjenzi varji tan-negozji. Fi kliem il-Perit David Xuereb, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-istabbilimenti kollha wrew serjetà kbira fl-operat mill-ġdid tagħhom u adattaw ħidmiethom skont l-istruzzjonijiet tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.

Aqra aktar

F’inqas minn tliet ġimgħat oħra nistgħu nneħħu r-restrizzjoni li missier ma jitħalliex isegwi l-esperjenza kollha tat-twelid – id-DPM

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne, ħabbar li waħda mill-miżuri li ser tkun riveduta fl-għeluq ta’ tliet ġimgħat minn mindu sar l-ewwel tnaqqis fil-miżuri kontra l-Coronavirus, hija dik li l-missier ma jitħalliex fis-sala tal-ħlas tul l-esperjenza kollha tat-twelid.Aqra aktar

Min-nhar it-Tnejn ser tibda tingħata tilqima b’xejn lit-trabi kontra mard fil-pulmun u l-moħħ

Min-nhar it-Tnejn ser tiżdied it-tilqima tal-pneumococcus lit-trabi fuq il-formolarju tal-Gvern.  Hekk ħabbar id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne li spjega kif s’issa din kienet tingħata f’pajjiżna bi ħlas ta’ mitejn ewro.  Iżda issa ser tingħata lit-trabi kollha, bl-ewwel li se jitlaqmu huma t-trabi li twieldu minn April lil hawn.Aqra aktar

Send this to a friend