Mit-30 ta’ Marzu daħlet fis-seħħ liġi li tirregola l-inspezzjonijiet li jsiru lin-negozji żgħar. Bidla li se tfisser li minflok negozju jibqa’ jkollu 23 spettur differenti, ilkoll jaraw aspetti differenti tan-negozju, jibdew isiru l-ispezzjonijiet ta’ kollox minn spettur wieħed biss.
Hu stmat li din il-kordinazzjoni fl-ispezzjonijiet se tfisser minn tal-inqas tnaqqis ta’ 25% fl-ammont ta’ spezzjonijiet li jsiru f’negozji żgħar.