Waqt il-programm Arena taħt it-tinda f’Ħad-Dingli, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona innota li l-fatt li meta jkollok riżultati ekonomiċi, in-nies m’għadhomx ikunu sorpriżi.
Minkejja li erba’ snin ilu l-poplu kien dera jisma’ sena wara oħra li hemm l-inkwiet u li t-tkabbir ekonomiku mhux qed jirranka, dan kollu kien indera. Kien grazzi għat-tmexxija tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li f’erba’ snin inbidlet ir-rotta. Filwaqt li qabel konna f’sitwazzjoni ta’ dejn li dejjem jikber, issa ninsabu b’ċertifikati pożittivi li xahar wara ieħor u sena wara oħra, il-pajjiż dejjem qed imur għall-aħjar.
Cardona semma kif l-istatistika li ħarġet illum turi kif fl-ewwel xhur tal-2017 il-Fond Konsolidat irreġistra surplus ta’ €21 miljun; l-aqwa surplus illi qatt ġie rreġistrat mill-Fond Konsolidat għal dan il-perjodu f’pajjżna
Id-Deputat Mexxej tal-PL spjega li dan il-Gvern huwa wieħed mill-aktar Gvernijiet li rnexxielu jattira investiment dirett barrani, minkejja li l-Prim Ministru ġie mgħajjar. Dan għax Joseph Muscat hu Prim Ministru li jgħid ftit iżda jwettaq ħafna. Spjega li l-konsm lokali, ġifieri dak li jonfqu l-familji, qed juri riżultati tajbin ħafna, għax in-nies issa għandhom iktar flus fil-but.
Aqra aktar