Chris Cardona – Page 4 – One News

Notifiki

Imħabbra l-kelliema internazzjonali għall-ewwel B2B Expo Malta

Il-B2B Expo Malta, organizzata mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, se jkollha parteċipazzjoni mill-kelliema internazzjonali Sir Clive Woodward, il-Coach Prinċipali li mexxa t-team tar-rugby tal-Ingilterra biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2003; Sahar Hashemi, OBE u intraprenditura li waqqfet  żewġ kumpaniji—Coffee Republic u Skinny Candy; u Chris Moss, fundatur tal-Orange Brand, kreatur ta ‘Magic Moments’ ta’ Virgin Atlantic u Eks-Eżekuttiv Prinċipali ta’ 118 118.

Aqra aktar

Ir-raba’ edizzjoni tas-Sustainable Enterpise Award

“L-għan ta’ dan il-premju huwa li jirrikonoxxi, jippromwovi u jippremja n-negozji b’mod partikolari intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju għall-isforzi tagħhom biex jibdlu l-prattiċi tagħhom bil-għan li tiżdied is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali” – Il-Ministru Cardona

Aqra aktar

Malta tiffirma ftehim bilaterali mat-Turkija

Intlaħaq ftehim bilaterali bejn Malta u t-Turkija bil-għan li jirregola l-kummerċ u l-investiment bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.  Il-ftehim bilaterali magħruf bħala JETCO ġie ffirmat mill-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija tat-Turkija Nihat Zeybekci.

Aqra aktar

310 Miljuni ewro minn investiment barrani f’Malta u Għawdex fl-2016, 2017

L-ammont ta’ investiment dirett barrani f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2016 kien jammonta għal €205.1 miljun u fl-2017 kien jammonta għal €104.6 miljun.
Dan qalu l-Ministru għall-ekonomija, investiment u negozji żgħar Chris Cardona fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minn Frederick Azzopardi.

Dawn il-figuri jirriflettu l-ammont ta’ investiment proġettat fuq l-ewwel tlett snin ta’ kull proġett, u jinkludu dawk il-proġetti li ngħataw xi forma ta’ assistenza li ġiet approvata mill-Bord tal-Korporazzjoni tal-Malta Enterprise.

Fiduċja fil-Korp Diplomatiku

Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Chris Cardona, laqa’ l-membri tal-Korp Diplomatiku u tkellem dwar Malta li qed tagħmel suċċess.

“Għandna rata ta’ tkabbir ekonomiku li tiżboq dik f’ħafna pajjiżi Ewropej u l-inqas rata ta’ qgħad. Għandna l-pajjiż li qed fuq quddiem fl-Ewropa,” qal bi kburija d-Deputat Mexxej Cardona li fakkar kif il-pajjiż ifittex l-investiment il-ħin kollu.

“Aħna impenjati li nisimgħu u naġixxu fejn meħtieġ, biex inħarsu  u ninkoraġġixxu l-investiment u l-impjiegi,” żied Cardona li fakkar kif Malta toffri stabbiltà politika, filwaqt li tinvesti fit-teknoloġija.

Aqra aktar

Malta temmen li l-kummerċ għandu jsir aktar inklusiv sabiex ikun żgurat l-iżvilupp sostenibbli

L-aħħar tħejjijiet għall-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) u l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-Kapitoli Kummerċjali u ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-Ftehimiet tal-Kummerċ Barrani tal-UE kienu l-għan ewlieni tal-Kunsill Kummerċjali Informali li sar fi Brussell li għalih attenda l- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, Chris Cardona.Aqra aktar

Send this to a friend