Notifiki

BIL-FILMAT: Konsultazzjoni pubblika għal bdil fil-liġi tal-Condominia

Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi fil-liġi tal-Condominia.  Din il-liġi taffetwa lil kull min joqgħod f’appartamenti u jagħmel użu mill-komun tal-binja.  B’hekk permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni li ser jagħlaq fil-31 ta’ Marzu, ser tkun qed tingħata ħarsa lejn il-bżonnijiet u l-preokkupazzjonijiet ta’ persuni li jintlaqtu minn din il-liġi li saret fl-1997, qabel din isirilha it-tibdil neċessarju.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis spjega kif malli jingħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni ser ikun qed jitlaqqa’ ‘working commitee’ magħmul min-numru ta’ esperti sabiex jitlesta l-abbozz bl-emendi neċċessarji skont il-proposti mressqa mill-pubbliku.

Aqra aktar

Tnieda proċess biex sensara japplikaw għal-liċenzja

Tnieda sit sabiex sensara għandhom jaċċessaw sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw għal liċenzja. Dan hekk kif minn bħal dan iż-żmien sena kull sensar irid ikun liċenzjat biex ibigħ proprjetà, u għalhekk permezz ta’ din il-liġi, is-suq tal-proprjetà f’pajjiżna se jkun regolat.Aqra aktar

Il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini jingħata l-liċenzja mill-NCFHE biex jibda jopera fis-settur tal-edukazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà, Chris Agius ħabbar li l-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini, il-BICC, għamel pass ieħor ’il quddiem hekk kif il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tat il-liċenzja biex dan jibda jopera fis-settur tal-edukazzjoni.

Aqra aktar

Il-baġit se jkompli jtejjeb l-infrastruttura

Fost il-166 miżura fil-baġit għas-sena d-dieħla, hemm uħud li se jkomplu jtejbu l-infrastruttura tal-pajjiż.

Fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar, waħda mit-toroq li tlestiet dan l-aħħar bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg tkellem dwar il-miżuri li se jkomplu jindirizzaw l-isfidi fit-toroq Maltin u Għawdxin. Aqra aktar

Send this to a friend