Fil-jiem li ġejjin ser jiġu riveduti numru ta’ miżuri

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne saħaq li diversi miżuri li hemm imposti bħalissa ser jiġu riveduti fil-jiem li ġejjin. Il-Ministru għas-Saħħa qal li ċertu miżuri ser jiġu riveduti biex jiżdiedu, oħrajn biex jiġu emendati u oħrajn biex jinbidlu u nnaqqsu biex nerġgħu nagħtu spinta lill-ekonomija tal-pajjiż.Aqra aktar

Għall-ewwel darba ħadd ma rriżulta pożittiv għall-COVID-19 u fiequ 33 oħra

“Illum ma kellna l-ebda każ pożittiv. Din hija aħbar tajba ħafna li tkompli titjieb meta naraw ukoll li mil-bieraħ sal-lum kellna 33 każ ieħor li fiequ. Għandna aktar każi ta’ nies qed ifiqu milli jimirdu bil-COVID-19”.

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, ħabbru dan wara li fis-7 ta’ Marzu ii għadda feġġ l-ewwel każ ta’ COVID-19.

Ikkonfermaw ukoll li minn aktar minn 28,000 test li saru f’Malta, b’kollox ħarġu 448 każ pozittiv.

Issa, in-numru ta’ każijiet attivi ta’ COVID-19 f’Malta jgħodd il-162.

Il-Professur Gauci qalet li issa l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jkomplu jsegwu u jsaħħu s-sorveljanza li jagħmlu fuq is-sitwazzjoni lokali u internazzjonali. F’ħarsa li tat lejn il-mod kif infirxet din il-marda f’Malta, il-Professur Gauci qalet li l-maġġoranza tal-pazjenti huma residenti fiż-żoni tal-portijiet tal-pajjiż, u kellhom bejn l-20 u l-34 sena. Hawnhekk żiedet tgħid li “din hija sitwazzjoni li rridu nkomplu nsegwu, anzi u nsaħħu s-sorveljanza tagħna għaliex irridu nkunu żgur li naqbdu l-każijiet t’hemm barra biex nagħmlu l-monitoraġġ, niżolawhom, nagħmlu l-intraċċar u anke l-kwarantina”.

Mill-bidu tal-imxija tal-marda f’Malta l-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa kellhom għan ċar; li l-firxa tkun waħda ikkontrollata. Fi kliem il-Ministru Fearne is-sitwazzjoni attwali hija filfatt aħjar minn dak prevvist. Id-Deputat Prim Ministru qal li “dan mexa aħjar milli konna qed nipprevedu. Konna qed nippreparaw biex fis-sitwazzjoni jkollna kapaċità aqwa minn dak li kellna bżonn s’issa. Mill-bidu nett għamilna l-appell biex ma jkollniex nużaw dawn il-preparamenti kollha li għamilna. Dawn għadhom hemm u se jibqgħu hemm”.

 Il-Ministru Fearne appella sabiex nibqgħu nsegwu l-miżuri u restrizzjonijiet li ħabbar il-Gvern, għaliex il-pandemija f’pajjizna għadha ma spiċċatx.

“Mhux illum, imma fil-jiem li ġejjin inkunu nistgħu nibdew naraw x’nistgħu nirrevedu minnhom. Se jkun hemm miżuri li rridu nirrevedu biex nerġgħu inżidu numru ta’ servizzi tas-saħħa li naqqassna biex niffokaw fuq il-COVID-19, se jkun hemm miżuri li rridu nemendaw u nibdlu biex nerġgħu niftħu l-ħajja soċjali tal-Maltin u l-Għawdxin, u se jkun hemm miżuri li rridu nibdlu jew innaqqsu biex nerġgħu nagħti spinta lill-ekonomija tal-pajjiż”, temm jgħid il-Ministru Fearne.

13-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna

Tul l-aħħar 24 siegħa feġġew 13-il każ ta’ COVID-19 f’pajjiżna minn fost  1,022 test. Dan ifisser li issa Malta għandha total ta’ 412-il każ ta’ Coronavirus li ħarġu minn 21,164 test li sar. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet ukoll li 38 persuna oħra fiequ minn din il-marda biex issa għandna total ta’ 82 persuna mfejqa. Fl-istess ħin żewġ pazjenti għadhom qed jinżammu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom għadu fuq il-ventilatur.Aqra aktar

Send this to a friend