L-użu tal-maskri fl-iskejjel se jkun barra l-klassi u se tittieħed it-temperatura tat-tfal u l-għalliema

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika nedew linji gwida ġodda bil-għan li titnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-Coronavirus ġaladarba jiftħu l-iskejjel aktar tard dan ix-xahar.Aqra aktar

Il-WHO qed tħares lejn disa’ vaċċini għall-Covid-19 li għaddew minn fażijiet importanti – Prof. Charmaine Gauci

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħalissa qed tħares lejn disa’ vaċċini differenti li jistgħu jipprevjenu l-Coronavirus fid-dinja, b’uħud minnhom ġa waslu f’fażi importanti ta’ ttestjar sabiex eventwalment ikunu jistgħu joħroġu fis-suq.Aqra aktar

L-attivitajiet tal-massa projbiti, multa ta’ €50 jekk ma tilbisx maskra u żewġ ċentri oħra għall-ittestjar

Wara laqgħa bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, il-Prim Ministru Robert Abela qal li ntlaħaq qbil fuq ħafna punti diskussi dwar is-sitwazzjoni attwali marbuta mal-imxija. Qal li l-attivitajiet tal-massa mhux se jsiru iżda t-tiġijiet biss jistgħu jsiru. Hija l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM li għadha mhux taqbel dwar it-tiġijiet.

F’kummenti li ta lil midja fi tmiem laqgħa ta’ madwar sitt sigħat mal-MCESD f’Kastilja, il-Prim Ministru Abela qal li wara din il-laqgħa ntlaħaq bilanċ permezz ta’ miżuri li jissalvagwardjaw saħħet il-poplu iżda anki jħarsu l-kwalità ta’ ħajjet in-nies.

Intant tat ukoll kummenti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. Hija spjegat kif il-ġimgħa d-dieħla se jiftħu żewġ ċentri ġodda għall-ittestjar tal-COVID-19 biex l-awtoritajiet tas-saħħa jlaħħqu mad-domanda tal-ittestjar għall-virus.

Wara l-laqgħa mal-imsieħba soċjali, il-Professur Gauci qalet li l-ilbies tal-maskri se jkun wieħed obbligatorju f’ċertu postijiet fosthom fuq il-karozzi tal-linja, fil-ħwienet u fuq il-vapur t’Għawdex. Qalet li se jkun qed isir infurzar biex jiġi assigurat l-ilbies tal-maskri f’postijiet fejn hemm tendenza li jinġemgħu n-nies u għalhekk dawk il-persuni li jinqabdu mingħajr maskra f’uħud minn dawn il-postijiet jeħlu multa ta’ €50.

Hija qalet li dawn l-emendi fil-liġi se jidħlu fis-seħħ mill-jum tal-Ġimgħa u spjegat kif se jkun hemm ċertu kriterji għal anki attivitajiet mhux tal-massa, fosthom limitu ta’ kemm jattendu nies f’attivitajiet ġewwa jew barra. Hija reġgħet semmiet il-kwarantina għal kull min huwa infettat bil-virus u anki ċertu miżuri għall-viżitaturi ta’ nies fl-isptar jew fi djar tal-anzjani.

Fil-fatt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-nies se jkunu jistgħu jibqgħu jżuru l-anzjani iżda minn wara l-perspex biex jiġi evitat il-kuntatt fiżiku ma’ nies meqjusa vulnerabbli. Intant wara l-laqgħa tal-MCESD, il-President tal-MAM, Dr. Martin Balzan ikkonferma li d-direttivi industrijali li mponiet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija se jibqgħu fis-seħħ.

Jitħabbru numru ta’ standards għall-attivitajiet tal-massa u postijiet fejn jinġabru ħafna nies

Il-Ħamis filgħaxija, f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Ministeru għas-Saħħa indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, tħabbru numru ta’ standards għall-attivitajiet tal-massa u postijiet fejn jinġabru ħafna nies.Aqra aktar

Send this to a friend