BIL-FILMAT: “Il-ftuħ tal-iskejjel jgħin fit-tnaqqis tal-każijiet ta’ Covid-19 fil-komunità” – il-Prof. Gauci

Waqt l-aġġornament mediku ta’ kull ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet ukoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel bil-miżuri kollha neċċessarji ta’ mitigazzjoni.

Il-Professur Gauci qalet li għall-awtoritajiet tas-saħħa, it-tagħlim edukattiv fl-iskejjel għandu jibqa’ għaddej.

Spjegat punt importanti li huwa li meta t-tfal jattendu l-iskola, dawn jikkontribwixxu fit-tnaqqis tal-każijiet ta’ Covid-19 fil-komunità.

Dan għaliex ikun hemm ċertu movimenti stabbli u konsistenti tan-nies u b’hekk it-tfal ma jkollhomx attivitajiet soċjali oħra.

Il-Professur Charmaine Gauci tat din l-ispjega ftit wara li l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, qalet li fi tmiem taħdidiet dalgħodu mal-Gvern kien hemm diskussjonijiet produttivi u tat indikazzjoni li fis-sigħat li ġejjin se jintlaħaq ftehim.

Send this to a friend