Joshua Ellul innominat bħala l-ewwel Chairman tal-MDIA

Dr Joshua Ellul ġie nnominat bħala l-ewwel Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA, li se tkun qed tirregola s-settur tal-blockchain. Il-Gvern, permezz tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, inkluda lill-istess awtorità fil-lista ta’ dawk li jridu jiġu skrutinizzati quddiem il-Kumitat Parlamentari. Aqra aktar

Charles Mangion Chairman tal-Air Malta

Charles Mangion huwa ċ-Chairman il-ġdid tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Mangion, nutar b’esperjenza twila fil-ħajja pubblika, serva wkoll bħala Chairman tal-Enemalta u nħatar mill-Gvern li ħabbar il-bord tad-diretturi l-ġdid tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, irringrazzja lil Maria Micallef li mexxiet lill-kumpanija fl-aħħar snin u qal li Micallef ipprovdiet tmexxija importanti fi żminijiet diffiċli biex issa hemm il-bażi biex il-linja nazzjonali tal-ajru tgħix fi żmien kompettitiv.

Aqra aktar

Istituzzjoni oħra taħt attakk mill-PN – din id-darba l-Awtorità tax-Xandir

Il-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra ħareġ qatta’ bla ħabel kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u oġġezzjona l-ħatra ta’ Martin Micallef bħala chairman tal-Awtorità tax-Xandir.

Micallef hu gradwat b’Masters fil-Komunikazzjoni tal-Massa u għandu 40 sena esperjenza fl-oqsma tax-xandir lokali u internazzjonali. Dan minbarra li serva bħala Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Italja f’Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend