ċentru – One News

Notifiki

Normalità ġdida fiċ-ċentru tal-Esplora

Iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza, l-Esplora jinsab lest biex jerġa’ joffri esperjenza għall-viżitaturi imma bin-normalità l-ġdida. Dan filwaqt li se jittieħdu numru ta’ miżuri bil-għan li jkunu ssalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà pubblika. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Investiment ta’ €288,000 b’risq il-komunità Beltija

Ser jerġa’ jingħata l-ħajja Ċentru Santu Rokku fil-Belt; b’investiment ta’ €288,000 mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Permezz ta’ dawn il-fondi, din il-propjetà tal-Parroċċa Kolleġġjata tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li tmur lura għas-Seklu 18, ser tiġi rrestawrata biex tilqa’ fiha bosta persuni fosthom tfal u żgħażagħ Beltin.

ONE NEWS tkellem ma’ Maurizio Lapira, it-team leader tal-proġett TEEN Klabb li huwa programm ta’ prevenzjoni u qal li permezz ta’ dan il-proġett ser igawdu aktar minn 80 żagħżugħ u żagħżugħa li jiffrekwentaw dan il-post.

Aqra aktar

Id-Delegati tal-Partit Laburista jibdew jivvotaw

Il-votazzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament infetħet ftit tal-minuti ilu, propju mat-tokki tal-għaxra. Għalhekk, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista hemm moviment mhux ħażin hekk kif kienu numru tajjeb ta’ delegati tal-Partit Laburista li ħasbu biex ipoġġu l-vot tagħhom kmieni. Jispikka l-eċitament fost il-kandidati u d-delegati biex ikunu jafu r-riżultat finali ta’ din l-elezzjoni. Id-Delegati jistgħu jpoġġu l-vot tagħhom sat-20.00. Komplu segwu ONE.COM.MT għall-aħħar żviluppi.

Aqra aktar

FILMAT: Ċentru ġdid għall-kontroll tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż

Enemalta plc bdiet topera ċentru ta’ ppjanar u kontroll tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li permezz tiegħu l-inġiniera tal-Kumpanija kisbu aktar teknoloġiji ġodda sabiex ikomplu jtejbu l-kwalità tas-servizzi tal-elettriku lill-klijenti.

Dan iċ-ċentru, li jinsab fil-Bini Amministrattiv tal-Kumpanija, il-Marsa, jifforma parti minn investiment ta’ aktar minn €5 miljun f’teknoloġiji ġodda għal kontroll aħjar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Aqra aktar

Investiment ta’ €800,000 għal ċentru tal-volontarjat f’Marsaxlokk

Fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru tal-volontarjat fir-Rabat, ġie mħabbar li se jkun qed jinbena ċentru ieħor tal-volontarjat f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €800,000.

Il-Ministru Helena Dalli spjegat li ċ-ċentru se jilqa’ fih l-għaqdiet tan-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna, jiġifieri total ta’ madwar 300 għaqda mhux governattiva.

Iċ-ċentru f’Marsaxlokk, se jkollu l-istess użu bħal dak li ġie nawgurat llum fir-Rabat. Iċ-ċentru se ikun għall-użu tal-għaqdiet mhux governattivi, kollha biex jużawh għal-laqgħat u għal avvenimenti oħra li għalihom ikollhom bżonn jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta’ dan iċ-ċentru. Il-Ministru Dalli qalet li dawn iċ-ċentri huma l-apprezzament tal-Gvern Malti għal dawk kollha li jaħdmu fil-volontarjat.

Aqra aktar

Wegħda elettorali oħra mwettqa; ċentru ġdid għaż-żgħażagħ li jiskontaw sentenza ħabs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru ġdid, magħruf bħala CoRRs għas-servizzi korrettivi għal residenti tfajliet u ġuvintur taħt il-21 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs.

Minkejja li l-fondi Norveġiżi għal dan il-proġett, li jammontaw għal €1.4 miljun, ngħataw fl-2009, kien Gvern Laburista li ħa d-deċizjoni li dan il-proġett jinbeda u fi żmien sena intemm b’suċċess.

Aqra aktar

Studenti mirbuħa minflok mitlufa

L-idea ta’ tagħlim aktar mifrux li ma jikkonċernax biss dak akkademiku dejjem qed tissaħħaħ. Dan fid-dawl li ħafna studenti qed isibu post tax-xogħol garantit wara li jkunu lestew l-istudji tagħhom.

Propju din hija l-missjoni tac-ċentru tal-programm ta’ tagħlim alternattiv f’Raħal Ġdid, li għal dan l-aħħar tliet snin irnexxielu jsaħħaħ il-livell ta’ dawn l-istudenti li qed jistudjaw varjetà ta’ suġġetti vokazzjonali bħall-inġinerija, il-mekkanika, il-kura tas-sbuħija u tax-xahar.

Aqra aktar

Send this to a friend