Carmelo Abela – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: F’3 snin sar xogħol fuq it-twettiq ta’ 76% tal-wegħdiet elettorali

S’issa sar xogħol għat-twettiq ta’ 76% tal-miżuri tal-manifest elettorali fi 3 snin ta’ Gvern Laburista.

Dan sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dan ifisser li s’issa 312-il proposta twettqu fl-intjier tagħhom. Filwaqt li x-xogħol fuq 242 miżura jinsab fi stadju avvanzat. Dan hekk kif diġa qed jinħass l-effett pożittiv tagħhom mill-pubbliku.

Fl-anniversarju ta’ 3 snin ta’ Gvern Laburista ieħor, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela spjega li l-manifest elettorali ta’ dan il-gvern ma baqax fuq il-karta iżda kif dan il-Gvern ingħata mandat b’saħħtu ieħor bdew jitwettqu l-wegħdiet.

Aqra aktar

Pjanijiet sabiex il-Liġi dwar l-Impjiegi tiġi emendata b’mod li tirrifletti r-realtajiet ġodda – Ministru Carmelo Abela

Il-Gvern se jiddiskuti mal-imsieħba soċjali dwar il-possibbiltà ta’ emendi fil-liġijiet dwar l-Impjiegi biex jabbozza qafas leġislattiv li jaħseb għall-ħtiġijiet tal-impjiegi tal-lum u ta’ għada. Aqra aktar

“Napprezzaw ferm l-isforzi tan-negozji u tal-ħaddiema tagħhom matul l-imxija tal-Covid-19” – il-Ministru Carmelo Abela

Il-Ministru Carmelo Abela rringrazzja lis-setturi kollha tan-negozju u lill-ħaddiema tal-isforzi tagħhom tul l-imxija tal-COVID-19. Kien grat ukoll għall-kontribuzzjoni tal-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija li mxiet skont il-patt soċjali li ntlaħaq bejn il-gvern u s-sħab soċjali, partikolarment l-għotja tal-pagi matul l-imxija tal-COVID-19. Nhar il-Ħamis, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, Carmelo Abela, flimkien mad-Direttur Ġenerali Diane Vella Muscat kienu l-mistednin prinċipali tal-ewwel Q&A webinar organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija.Aqra aktar

Il-Polonja bl-aħħar tħejjijiet biex tiftaħ Ambaxxata f’Malta

Il-preparazzjonijiet għal ftuħ ta’ Ambaxxata Pollakka f’Malta waslu fi stadju avvanzat. Dan qalu Jacek Czaputowicz, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Polonja, lill-kontroparti Malti tiegħu, Carmelo Abela, waqt taħdidiet li saru f’Varsavja l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru li min-naħa tiegħu ddeskriva dan il-pass bħala pass importanti fir-relazzjonijiet diġà tajbin ħafna bejn Malta u l-Polonja. Aqra aktar

“Wasal iż-żmien li l-UE tara l-Afrika bħala sieħba kummerċjali importanti” – il-Ministru Carmelo Abela

In-narrattiva dwar il-migrazzjoni għandha tinbidel. Wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tara l-pajjiżi Afrikani bħala sieħba kummerċjali importanti. Dan ġie rrimarkat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela waqt li kien qed jindirizza diskussjoni tal-bord li saret bħala parti mill-14-il edizzjoni tal-Forum Strateġiku Bled annwali (BSF) fis-Slovenja. Il-Ministru Abela enfasizza li b’investiment f’pajjiżi tal-oriġini l-UE se tkun qed twassal biex tindirizza l-kawżi tal-migrazzjoni irregolari peress li se tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet żagħżugħa fil-pajjiżi tagħom stess. Aqra aktar

Ħtieġa urġenti li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda jaġixxi b’mod koerenti dwar il-Libja

Waqt laqgħa informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE (Gymnich) f’Ħelsinki, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela tkellem dwar il-ħtieġa urġenti li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda (NM) jaġixxi b’mod koerenti dwar il-Libja, aktar u aktar f’mument fejn hemm xejn inqas minn ħames stati membri tal-unjoni li huma wkoll membri tal-aktar organu li għandu saħħa fin-NM. Aqra aktar

Send this to a friend