Binja ġdida qed tinbena apposta sabiex tibda tintuża bħala l-għassa ta’ Wied il-Għajn. Aqra aktar

Binja ġdida qed tinbena apposta sabiex tibda tintuża bħala l-għassa ta’ Wied il-Għajn. Aqra aktar
Aktar minn tmienja u tletin elf ewro ġew mogħtija f’għotjiet lil seba’ entitajiet differenti. Dan sabiex is-settur tas-salvataġġ jkompli jissaħħaħ permezz ta’ kollaborazzjonijiet ma’ dawn l-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan is-settur.Aqra aktar
Fi ħdan il-korp tal-pulizija bdiet topera t-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika.Aqra aktar
Ħamsa u tletin Kuntistabbli tal-Pulizija nħatru surġenti waqt ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana. Tnejn u għoxrin minnhom kienu rġiel u tlettax minnhom huma nisa.Aqra aktar
Il-persuni li nġemgħu fuq il-bajja ta’ San Ġorġ tard ilbieraħ filgħaxija tferrxu mill-pulizija fi ftit ħin.Aqra aktar
Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar
Ġiet imnedija strateġija ġdida għall-Korp tal-Pulizija għal dawn il-ħames snin li ġejjin. Din l-istrateġija għandha tliet priċipji strateġiċi msejsa fuq ħdax-il mira, b’disgħa u erbgħin azzjoni.Aqra aktar
Malta temmen li l-potenzjal li għandu r-reġjun tal-Mediterran jista’ jiġi msarraf aħjar għall-benefiċċju tal-popli Ewropej u dawk fl-Afrika ta’ Fuq.
Dan saħqu l-l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għall-Intern tal-Ġermanja Horst Seehofer ddiskutew temi ta’ interess bilaterali kif ukoll temi ta’ interess għall-Unjoni Ewropea f’Berlin. Dan fid-dawl tal-fatt li bħalissa l-Ġermanja għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar
Fi stqarrija l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħabbar li ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher il-Qorti mhux akkumpanjat minn Uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Intqal li l-Ministru ħa dan il-pass minnufih hekk kif kien mgħarraf bil-każ.
L-inkjesta se tkun qed titmexxa mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi u t-termini ta’ referenza ta’ din l-inkjesta jitolbu li jiġu stabiliti l-fatti kollha tal-każ. Dan filwaqt li l-inkjesta mistennija toffri dawk ir-rakkomandazzjonijiet li tħoss li huma meħtieġa. L-inkjesta għandha titlesta fi żmien għoxrin jum.
Il-Ministeru għall-Intern qal li minn informazzjoni preliminari jidher li l-priġunier li qed issir referenza għalih kellu kawżi oħra minbarra dak li deher dwaru quddiem il-Qorti t-Tlieta filgħodu.
F’laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-pulizija fil-komunità ġie spjegat lis-sindki u rappreżentanti ta’ lokalitajiet kif il-Korp tal-Pulizija se jniedi ħames taqsimiet oħra ta’ pulizija fil-komunità li bejniethom se jkunu qed jolqtu ħdax-il lokalità madwar il-pajjiż.
Il-proġett tal-pulizija fil-komunità ġie estiża għal-lokalitajiet ta’ Marsaxlokk, Birżebbuġa, Pembroke, Swieqi, Fgura, Rabat, Ħad-Dingli, Mtarfa, Mdina, Floriana u Valletta wara sejħa interna fil-korp għal uffiċjali interessati f’dan il-proġett.
Send this to a friend