Notifiki

Pjazza tax-Xewkija isbaħ u aktar aċċessibbli

  • Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Pjazza tax-Xewkija 

Fil-Pjazza San Ġwann Battista ġewwa x-Xewkija Għawdex ġie inawgurat proġett ta’ faċilitajiet pubbliċi ġodda b’ aċċessibiltà komda permezz ta’ lift u tisbiħ tal-pjazza. B’investiment ta’ €105,000 dan il-proġett sar bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-pjazza tar-rotunda fix-Xewkija.

Aqra aktar

Inawgurata sala għall-komunità fis-Swieqi

Fil-Kunsill Lokali tas-Swieqi lbieraħ ġiet inawgurata sala ġdida għall-komunità bil-għan li sservi għal attivitajiet varji. F’din is-sala multipurpose se jibdew jiġu organizzati esebizzjonijiet, korsijiet edukattivi, sessjonijiet tal-keep fit, u attivitajiet għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità, fost l-oħrajn.

Aqra aktar

Iż-Żebbuġin se jkollhom arkata restawrata sa Novembru

Ir-restawr li qed isir fuq l-arkata ta’ De Rohan f’Ħaż Żebbuġ huwa mistenni li jitlesta f’Novembru ta’ din is-sena. In-nefqa ta’ dan il-proġett hija bejn wieħed u ieħor ta’ €50,000 li ġejjin minn skema li biha l-Kunsilli Lokali jistgħu japplikaw għal proġetti ta’ restawr.

Aqra aktar

Send this to a friend