Notifiki

L-Amerka tordna sanzjonijiet fuq il-Bulgarija minħabba l-korruzzjoni… jingħad li dan hu stat mafjuż

L-Istati Uniti ordnat numru ta’ sanzjonijiet kontra figuri politiċi fil-Bulgarija minħabba l-korruzzjoni.

Is-sit awtorevoli Politico rrapporta dan u qal li dan sar quddiem is-silenzju mill-Unjoni Ewropea, l-istituzzjoni li falliet milli tindirizza l-ksur rampanti tas-saltna tad-dritt f’pajjiż li fl-aħħar snin kien iddominat mit-tmexxija ta’ partit imsieħeb fil-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, primarjament minn Boyko Borissov.

Politico kiteb li ħafna mill-korruzzjoni fil-Bulgarija ddur ma’ fondi Ewropej li flok spiċċaw marru għall-proġetti ta’ fejda li jgawdi minnhom il-poplu Bulgaru, spiċċaw għand l-oligarkija u nies ta’ poter.

Aqra aktar

ESKLUSSIVA: Attivist li sofra mill-vjolenza fil-Bulgarija urtat għall-“gideb” ta’ Metsola

“Ninsab hawnhekk fil-pjazza, warajja l-Assemblea ġenerali, il-Parlament tal-Bulgarija, hawnhekk bl-eluf minn tagħhom, fl-aħħar xhur ġew bosta dimostranti jipprotestaw kontra l-Prim Ministru Boyko Borissov li propju għandu allegazzjonijiet serji u bdew jipprotestaw fuq allegazzjonijiet li bdew jippuntaw lejh dwar korruzzjoni u saħansitra anki ħasil ta’ flus. Bosta mid-dimostranti kellhom kartelluni f’idejhom, kellhom wiċċ l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola u bdew isejħulha bħala Mrs Mafia wara li propju dawn l-istess dimostranti li bdew jipprotestaw biex l-istituzzjonijiet iservu lil poplu Bulgaru, għat-tisħiħ tad-demokrazija, għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt, saħansitra ġew akkużati huma li huma ffinanzjati minn gruppi tal-mafja.”

Aqra aktar

Il-Bulgarija fost pajjiżi oħra li qed jilmentaw li Malta ħadet wisq dożi tal-vaċċin

F’ittra ppubblikata, ħames pajjiżi; l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovenja u l-Latvja qed jilmentaw li hemm diskrepanza fid-distribuzzjoni tal-vaċċin kontra l-Covid-19 bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Din l-ittra ħarġet jum wara li l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz ilmenta li Malta qed tieħu ħafna dożi tal-vaċċin biex tlaqqam il-popolazzjoni tagħha.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Bernard Grech jattakka l-kundanna tal-PE għall-korruzzjoni fil-Bulgarija – Il-PL

“Jekk kien hemm bżonn ta’ konferma dwar kemm il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ kburi b’pajjiżi oħra, u jistħi minn Malta, din ingħatat illum minn Bernard Grech.” Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.Aqra aktar

Send this to a friend