buġibba – Page 4 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ġlieda kbira f’Buġibba – Żewġ Serbi jsofru ġrieħi gravi

10:26: Il-Pulizija kkonfermaw li fl-argument, li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħaxija, kienu involuti fih grupp ta’ nies fejn waqt dan l-argument żewġt irġiel mis-Serbja, wieħed ta’ 36 sena u l-ieħor ta’ 43 sena sofrew xi ġrieħi.

Waqt l-argument, il-vittmi allegatament qalgħu daqqiet ta` baseball bets u għaldaqstant fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika fejn aktar tard  huma ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.

Aktar Qabel: Ninsabu informati li l-bieraħ filgħaxija seħħet ġlieda kbira bejn grupp ta’ persuni barranin f’Buġibba.

Skont kif qalulna persuni li kienu qrib, il-ġlieda kienet bejn ħames persuni, u żewġ persuni ndarbu serjament.

L-inċident seħħ fi Triq Bordino.

Filwaqt li l-Pulizija ikkonfermat li seħħ l-inċident, mistennija tippublika dettalji fil-ħin li ġej.

Kummentatur kontroversjali jipprova juża l-bomba ta’ dalgħodu

Kritiku tal-Eurovision bl-isem ta’ Fotis Konstanopoulos, magħruf għal kemm ifittex il-kontroversja, din id-darba qed jikteb dwar is-sigurtà f’Malta.

Sentejn ilu, l-istess Grieg kien twaqqaf milli jkompli jikkumenta wara li fil-ġimgħat ta’ qabel il-Junior Eurovision 2014, kien uża kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ tfal li kienu qed jipparteċipaw f’din l-edizzjoni.

Dan l-artiklu deher fl-Oiko Times, li huwa sit tal-Eurovision ibbażat fil-Greċja.

Il-Eurovision Broadcasting Unit wieġeb billi qal li s-sigurtà waqt il-Eurovision tkun waħda massima. Fi kliemhom eżatt: “As every year, security at the Junior Eurovision Song Contest will be to airport standards, which includes x-ray scans of all incoming luggage, metal detectors, strict access restrictions and control and various other elements. As always, organisers are working closely with local authorities and a renowned private security company. Security measures and safety precautions taken at the Junior Eurovision Song Contest will be in line with local legislation and the requirements of the European Broadcasting Union.”

Aqra aktar

“Mingħalija se nsib xi flat imwaqqa!”

“Kont għadni nqum. Smajt ħoss enormi u ħrigt mingħalija se nsib xi flat imwaqqa. Biex imbagħad rajt xena tal-films. Karozza sploduta u aħjar ma ngħidlekx dwar il-kumplament”.

Kienu dawn il-kummenti ta’ residenti fi Triq il-Ġifen, San Pawl il-Baħar, wara l-isplużjoni li seħħet dalgħodu. 

Fuq il-post kien hemm xeni ta’ qsim il-qalb, bil-qraba jaslu u jirreaġixxu għall-fatt li membru minn familthom kellu jitlef ħajtu b’dak il-mod.

Oħrajn qalulna li l-ħoss kien jixbaħ lil xi ħaġa kbira qiegħda taqa’.

Li hu żgur huwa li għall-ħafna residenti ta’ din it-triq mimlija appartamenti, kienet għodwa li mhux se jinsew.

Illejla jibda l-Karnival f’Buġibba!

Il-Karnival!

Propju llejla se jkun qed jibda l-Karnival tas-Sajf f’Buġibba, dan l-avveniment huwa popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti li jinsabu f’pajjiżna. Għall-ewwel darba din is-sena, dan il-Karnival se jkun qed isir ukoll fin-naħa t’isfel tal-gżira Maltija, iżda kollox se jibda llum f’Buġibba, żona mfittxija mit-turisti.

Aqra aktar

Sentejn ħabs wara li weġġa’ bouncer

Alfred Zahra ta’ 40 sena minn Buġibba, kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li weġġa’ bouncer fi stabbiliment meta tah daqqa ta’ tazza.

Fil-Qorti, Zahra ammetta li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 t’Awwissu li għadda, hedded u kkaġuna feriti gravi fuq Vincent Cutajar, wieħed mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-istabbiliment.

Aqra aktar

Send this to a friend