Il pulizija qed tinvestiga sejba ta katavru li nstab mixħut qalb l-arbuxelli f’Buġibba fl-akkwata magħrufa bħala Dawret il-Gżejjer.

Il pulizija qed tinvestiga sejba ta katavru li nstab mixħut qalb l-arbuxelli f’Buġibba fl-akkwata magħrufa bħala Dawret il-Gżejjer.
Daniż ġie arrestat mill-pulizija f’Buġibba wara li nstab fil-pussess ta’ kilo u nofs trab abjad suspettata li hija d-droga kokaina.
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qed twettaq eżerċizzju immirat lejn ir-riġenerazzjoni tal-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan u l-Perched Beach ta’ Buġibba, qabel ma jidħlu sew ix-xhur tas-sajf u jimtlew aktar il-bajjiet.
Il-Malta Billiards and Snooker Federation se jospitaw l-ewwel kampjonat dinji tal- World Snooker Federation fid-Dolmen Hotel f’Bugibba.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li l-gvern hu mpenjat li jgħin lill-assoċjazzjonijiet bħall-MBSA minħabba li avvenimenti bħal dawn jgħinu lit-turiżmu sportive f’Malta. Huwa wera wkoll li fil-futur qarib, Malta se jkollha l-Akkademja tas-Snooker tagħha stess.
Sid ta’ proprjetà f’Buġibba ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti b’rabta ma’ traffikar tad-droga.
Nhar it-Tlieta li għadda 6 ta’ Frar, il-pulizija wettqet rejd fejn arrestat seba’ persuni.
Elliott Paul Busuttil ta’ erbgħa u tletin sena ġie akkużat fost l-oħrajn b’pussess aggravat ta’ droga kokajina, eroina u reżina ta’ kannabis.
Huwa anki ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li rċieva x-xahar li għadda.
Il-Maġistrat Monica Vella tagħtu l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ elf ewro u granazija personali ta’ għaxar t’elef ewro.
Anzjan ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 fi triq il-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar meta l-anzjan ta’ 73 sena residenti Buġibba ntlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.
Ġlieda kbira bejn grupp kbir ta’ persuni kisret is-silenzju tal-Pjazza ta’ Buġibba dan hekk kif dawn involuti fil-ġlieda wadbu lil xulxin imwejjed, siġġijiet, tabelli u biċċiet tal-injam.
Qarrej ta’ one.com.mt bagħtilna dawn ir-ritratti ta’ grupp ta’ irġiel li aktarx huma Rumeni jew Serbi għadhom kemm allegatament għamlu att vandalu f’Buġibba. Il-qarrej kitbilna li dan il-grupp aktarx huwa dak responsabbli “li għamel ħerba” fil-lokalità ta’ Buġibba.
Il-Ħamis filgħodu tlestiet l-aħħar biċċa tat-triq li ddur max-xatt ta’ San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra. B’ hekk l-unika xogħol li fadal issa huwa li jiġu mmarkati s-sinjali tat-traffiku f’ xi partijiet minnha.
Il-Proġett li nbegħda biss ftit tal-ġimgħat ilhu tlesta fil-ħin dan minkejja d-diversi ntoppi li nstabu fosthom kellhom jinbidlu xi xi servizzi taħt it-triq.
In-negozjanti tal-inħawi jqisu dan il-proġett bħala nifs għalihom hekk kif din it-triq kienet qed tagħti dehra traskurata ta’ dan il-lok turistiku.
Send this to a friend