Notifiki

Pjan għal breakwater u terminal ġdid f’Buġibba

Infrastruttura Malta qed tippjana r-rikostruzzjoni tal-breakwater ta’ Buġibba sabiex jiġu offruti faċilitajiet ta’ nżul aktar siguri u terminal tal-passiġġieri. Dan ser ikun qed iwassal għal estensjoni tas-servizz ta’ trasport bil-lanċa bejn il-Belt Valletta, tas-Sliema u l-Kottonera sa San Pawl il-Baħar. Aqra aktar

Akkużati li ħarqu appartament f’Buġibba

Żewġ irġiel ġew akkużati li fl-4 ta’ Ottubbru li għadda daħlu fi blokka tal-appartamenti u ħarqu appartament f’Buġibba. Fil-Qorti nstema’ kif l-irġiel, Muhammed el Muslati u Mahmoud el Dubah kienu assistiti wkoll minn persuna oħra li deher iwassalhom mid-dar tagħhom fis-Swieqi lejn Buġibba fejn eventwalment allegatament taw in-nar lill-appartament. Fil-Qorti l-irġiel kienu assistiti wkoll b’interpretu hekk kif huma ma jitkellmux il-lingwi Maltija u Ingliża. Aqra aktar

Investiment fl-indafa taż-żoni turistiċi

Il-Gvern għaddej b’ħidma biex titneħħa l-alka kollha mill-inħawi ta’ Buġibba bi preparazzjoni għas-sajf, kif ukoll ħaseb għal tibdil tal-kontenituri tal-iskart madwar il-lokalità.

Apparti dan qed isir ukoll xogħol biex jitneħħa r-ramel minn taħt il-pjazza ta’ Buġibba.

Aqra aktar

Send this to a friend