Sitt darbiet inqas defiċit

Bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena ġie rreġistrat li l-iżbilanc fil-Fond Konsolidat nieżel għal €60 miljun, tnaqqis sostanzjali meta s-sena li għaddiet kien ilaħħaq €161 miljun.

Fid-dawl ta’ din l-istatistika, l-analisti finanzjarji kienu sorpriżi bir-riżultati finanzjarji tajbin li nkisbu. Dan meta tqis ukoll li fl-istess perjodu fl-aħħar sena kollha tal-amministrazzjoni preċedenti l-iżbilanċ f’dan il-Fond kien ta’ €342 miljun, kważi sitt darbiet aktar mil-livell preċdenti.

It-titjib seħħ ukoll anke għad-dħul tal-Gvern hekk kif sa’ Novembru ta’ din is-sena kien ta’ €150 miljun aktar mill-istess perjodu ta’ sena ilu. Din iż-żieda kienet xprunata minn żieda fid-dħul mill-income tax, anke jekk ir-rata tat-taxxa tnaqqset għal erba’ darbiet wara xulxin. Barra minn hekk, kien hemm żieda fid-dħul mid-dwana, VAT u l-bolla.

Aqra aktar

Kif persuni b’diżabiltà se jingħataw l-għajnuna bil-fatti

Kif tħabbar fil-baġit għas-sena d-dieħla, se ssir riforma fil-pensjonijiet għall-persuni b’dizabiltà.

Dettalji dwar din ir riforma u kif se titħaddem ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet f’konferenza indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia.

Il-Ministru spjega li ir-riforma se tiffoka fuq tliet livelli. L-ewwel livell huwa l-assistenza miżjuda għal-diżabiltà severa – mill-2017 ir-rata se tiżdied gradwalment biex tilħaq il-paga minima.

Aqra aktar

Trid tifhem aħjar il-baġit?

 

Min staqsa, min iċċara punti, min ried għajnuna ftit aktar personalizzata, u min dejjem iħobb ikun informat.

Fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana nediet sensiela ta’ laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-miżuri tal-baġit għall-2017.

Il-baġit ta’ kull sena huwa parti minn pjan t-tul biex il-pajjiż jissaħħaħ u jkabbar il-ġid u biex il-Maltin u l-Għawdxin jieħdu s-sehem li jixirqilhom biex jimxu ‘l quddiem. Kien baġit li ħaseb iktar li jqassam il-ġid lil dawk fostna li l-aktar jistħoqqil- hom appoġġ u dan bi prominenza għall-anzjani u l-persuni b’diżabilità.

Huwa għalhekk li qed isiru dawn il-laqgħat f’lokalitajiet differenti biex jingħata tagħrif  dwar l-miżuri li joħorġu mill-baġit tas-sena d-dieħla. Mill-informazzjoni u spjegazzjoni li tinghata l-pubbliku jkun jista’ jara kull miżura xi tfisser u kif persuna tista’  tikkwalifika għaliha.   “Hemm kategoriji diversi ta’ eluf ta’ persuni li żgur se jibbenefikaw minn żidiet, tnaqqis fit-taxxa, benefċċji u inizzjattivi ġodda li dwarhom huwa tajjeb li kull persuna tkun taf kif se tibbenefika hi,” qalet Dr Justyne Caruana.

Aqra aktar

Gvern li qed iġib il-bidla meħtieġa

Fir-risposta tiegħu għall-Baġit 2017, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta’ ħarsa lejn il-wirt li ħallielu Gvern Nazzjonalista, il-kisbiet ta’ dan il-Gvern, u l-ħidma li għad fadal biex il-ġid u l-bidla verament jinħassu minn kulħadd.
Aqra aktar

Baġit ta’ fejda għall-pensjonanti

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellmu dwar il-miżuri preżentati fil-baġit għas-sena d-dieħla, li se jaraw titjib f’ħajjet il-pensjonanti Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Scicluna spjega li hemm l-pakkett ta’ għoxrin miżura specifikament għall pensjonanti, minbarra miżuri oħra li se jolqtuhom indirettament. Qal li dan kien l-ewwel baġit li b’mod effettiv, kemm b’miżuri kbar u anke b’oħrajn iżgħar, se jolqtu lill-anzjani fil-laħam il-ħaj. Il-pakkett kollu, inkluż bil-greviances jaqbeż l-€20 miljun ewro.

Il-Ministru Farrugia qal li l-gvern ra li min ma ntlaqatx igawdi ukoll, filwaq li elenka l-miżuri ewlenin immirati għall-anzjani direttament. L-ewwel nett tħabbret it-tieni żieda fil-pensjonijiet, wara żieda oħra s-sena li għaddiet. Dan qed isir wara 25 sena mingħajr żidiet.

Fil-baġit li għadda żdiedet il-pensjoni minima għal €140 fil- ġimgħa għal eluf ta’ pensjonanti. Il-Gvern b’hekk irnexxielu jagħmel dak li ma għamilx dak ta’ qablu għal bosta snin. Pensjonanti miżżewġa fuq pensjoni waħda u minima raw żieda ta’ €4.15 fil-ġimgħa.

Aqra aktar

“Iż-żgħir qed jinstema'” – Caritas

Id-Direttur Ġenerali tal-Caritas, Leonid McKay, iddeskriva l-baġit għas-sena d-dieħla bħala pass importanti biex iż-żgħir ikun mgħejjun. “Dan il-baġit niġbru f’sentenza waħda: il-vuċi taż-żgħir qed tinstema’,” qal McKay li tenna kif dan huwa l-ewwel pass.
Aqra aktar

Simon Busuttil tant kemm hu negattiv li għalih kollox devjazzjoni ,anke l-baġit

Dalgħodu Simon Busuttil qal li l-baġit li ġej li ser jqassam il-ġid li pajjizna b’suċċess qed joħloq, huwa devjazzjoni.

Fi stqarria l-Partit Laburista nnota li bl-istess mod, Busuttil qal li hu wkoll devjazzjoni l-każ li ħareġ fuq il-Malta Today  li fih jissemma Beppe Fenech Adami.

Simon Busuttil għal darb’oħra qed ikun negattiv, din id-darba fuq baġit li għadu lanqas biss tħabbru l-miżuri tiegħu.

Dan juri kemm Simon Busuttil hu bitter  u  maqtugħ min-nies, magħluq fl-establishment politiku tiegħu u ma jistax ikun jaf x’inhuma l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja tan-nies u li ser jiġu indirizzati fil-baġit li ġej.

 

 

“Ħafna punti pożittivi, lanqas nista’ nibda nsemmi!”

Komplew it-tħejjijiet għall-baġit elfejn u sbatax b’jum ta’ konsultazzjoni bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali.

Wara li fl-aħħar ġimgħat l-imsieħba soċjali preżentaw ix-xewqat tagħhom b’mod separat, dalgħodu poġġewhom quddiem il-ministru tal-finanzi bħala grupp wieħed mgħejuna wkoll mill-espert tal-MCESD.

Naturalment, l-imsieħba soċjali spjegaw ukoll għaliex jemmnu li għandhom ikunu l-proposti tagħhom li jgħamluha sal-bagalja tal-ministru.

Ħadna l-ewwel reazzjoni tal-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

Send this to a friend