Titwettaq miżura oħra tal-‘budget’

Il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbru l-iskema Enable Tourism. Din hija skema ġdida għall-istabbilimenti turistiċi Għawdxin li permezz tagħha se jkun jista’ jsir xogħol relatat mal-aċċessbilità ta’ siti turistiċi.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Helena Dalli dwar il-Bagit li jmiss tal-UE

 

Fi Brussel qed titlaqqa’  konferenza għolja fuq jumejn dwar il-Bagit li jmiss tal-Unjoni Ewropea, liema ċiklu jidħol fis-seħħ fis-sena 2020. Dan il-Bagit ser ikun wieħed kruċjali għall-pajjizi membri peress li ser ikun qed isir fl-isfond tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, liema deċizjoni mistennija tħalli effett fuq il-finanzi tal-istess Unjoni. Id-diskussjonijiet li qed isiru fil-fora Ewropej jirrigwardjaw diversi materji, fosthom jekkx iċ-ċiklu magħruf bhala Multi Annual Financial Framework, għandux jibqa’ fuq medda ta’ seba’ snin jew inqas, u jekk għandhux jiżdied il-bagit tal-Unjoni biex din tkun tista’ tipproponi inizjattivi ġodda għas-snin li ġejjin fosthom fis-setturi tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni.

Din il-konferenza kienet ukoll indirizzata mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fejn saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha l-ewwel tidentifika l-ambizzjonijiet tagħha, u l-pożizzjoni tagħha għaż-żmien li ġej, biex imbagħad il-pajjiżi membri jkunu jistgħu jibdew id-diskussjonijiet formali. Huwa mistenni li l-proposta għall-bagit Ewropew wara s-sena 2020, toħroġ f’Mejju. Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq li dan il-bagit ikun approvat sa Mejju 2019, ħalli s-setturi kollha Ewropej li b’xi mod jew ieħor jiddependu fuq il-fondi Ewropej, ikunu mħejja bl-aħjar mod.

IL-BUDGET MAL-EWWEL DAQQA T’GĦAJN

  • ŻIEDA TA’ ĠURNATA OĦRA LIV
  • AKTAR TNAQQIS TA’ TAXXA GĦAL KULL MIN JAĦDEM
  • ŻIEDA TA’ €2 FIL-ĠIMGĦA GĦAL KULL PENSJONANT
  • €10,000 RIMBORS TA’ SPEJJEŻ GĦAL ADOZZJONI TA’ TFAL MINN BARRA L-PAJJIŻ
  • WARA 8 SNIN SE TIŻDIED IL-FOSTER CARE ALLOWANCE
  • REFUND TAT-TAXXA TAL-BOLL GĦAL MIN JIXTRI L-EWWEL U T-TIENI DAR
  • IŻ-ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA GĦAS-SENA D-DIEĦLA SE TKUN TA’ €1.75 FIL-ĠIMGĦA
  • ESTENSJONI TAL-ISKEMA TAL-IN-WORK BENEFIT
  • TNAQQIS BIN-NOFS TAL-PREZZ TAL-EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC
  • TALLINJA CARD B’XEJN GĦAL DAWK BEJN 16-20 SENA
  • SOCIAL LOANS BIEX AKTAR PERSUNI JSIRU SIDIEN TA’ DJARHOM
  • AĠĠUSTAMENT GĦALL-IMPJEGATI BIL-PAGA MINIMA
  • GOVERNMENT SAVINGS BONDS GĦALL-PENSJONANTI
  • €10.5 MILJUN OĦRA BIEX IKUNU NDIRIZZATI INĠUSTIZZJI TAL-IMGĦODDI
  • WHITE PAPER DWAR HOUSING AFFORDABBLI
  • XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’160 TRIQ RESIDENZJALI FL-2018
  • ESTENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-IVF
  • €4.9 MILJUNI GĦAL PAGAMENTI EX-GRATIA GĦAL MIN KIEN IRREĠISTRA L-VETTURA FL-2007
  • €8.15 FIL-ĠIMGĦA FL-ALLOWANCE GĦALL-CARERS
  • SE TINFETAĦ SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS
  • TINQATA’ 20% INQAS MILL-PENSJONI T’ANZJANI LI JAGĦTU LURA L-POST TAL-GVERN MIKRI LILHOM META JMORRU F’DAR TAL-ANZJANI
  • INĦEĠĠU IKTAR INDIVIDWI JKOMPLU B’KORS POST-GRADUATE

Uħud mill-ħafna miżuri li ffurmaw il-baġit għas-sena d-dieħla. Baġit li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat “ta ħafna u ma ħa xejn”.

Eżenzjoni mit-taxxa għal dawk li jagħmlu Masters u PhD

Studenti gradwati mhumiex minsija f’dan il-Budget hekk kif dawk li jiksbu Masters u PHD  se jgawdu minn eżenzjoni mit-taxxa sa massimu ta’ sittin elf ewro.

Dan ikompli jgħin lil dawn il-ħaddiema ġodda biex wara s-sagrifiċċju li jkunu għamlu biex ilestu l-istudju tagħhom issa jsibuha iktar faċli li jintegraw fil-ħajja tax-xogħol.

Iżjed ħidma għall-ekonomija

Fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jniedi dokument ta’ konsultazzjoni biex f’ħidma mal-imsieħba ewlenin is-settur finanzjarju jittieħed għal-livell li jmiss. Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat f’laqgħa tal-membri tal-Kabinett mal-Kamra tal-Kummerċ.

Aqra aktar

Ommijiet ifaħħru l-proġett ‘tablet per child’

Il-bidu ta’ sena skolastika rat il-bidu tal-proġett “tablet per child” għall-istudenti tar-raba’ sena. Liema proġett qed jintlaqa’ tajjeb ferm mill-istudenti, ġenituri u għalliema. Dan jidher biċ-ċar fil-kummenti li fost oħrajn qed isiru fuq is-sit soċjali facebook dwar dan il-proġett.

Aqra aktar

Send this to a friend