brian tonna – One News

Brian Tonna u Karl Cini jirbħu €3,000 f’danni f’kawża libell kontra TMI- l-istorja bdiet mill-blog ta’ DCG

Id-diretturi tal-kumpanija Nexia BT Brian Tonna u Karl Cini rebħu żewġ libell fil-konfront ta’ The Malta Indepedent dwar artikli li rriżultat li kienu libellużi u malafamanti. L-artikli dehru f’The Malta Independent on Sunday u The Malta Independent Online rispettivament dwar il-każ tal-Panama Papers, u kien ibbażat fuq storja miktuba mill-blogger Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

“Il-Maġistrat għadu lanqas biss evalwa l-evidenza” – Brian Tonna

Brian Tonna fi stqarrija rrefera għad-deċiżjoni tal-Maġistrat Aaron Bugeja ilberaħ, wara li Simon Busttil, wieħed mill-kapijiet tal-Oppożizzjoni, ħa passi fil-konfront tiegħu u taċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Dan f’pass li sar wara li ma seta jressaq ebda prova dwar l-allegazzjonijiet fuq Egrant u mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat. 

Brian Tonna qal li r-rapporti li l-Maġistrat sab biżżejjed evidenza għal investigazzjoni kriminali fil-konfront tiegħu u ta’ Schembri huma foloz u żbaljati.

Il-Maġistrat lanqas biss evalwa l-evidenza, aħseb u ara kemm seta’ jagħmel xi tip ta’ sejba fattwali…lanqas waħada preliminari.

Aqra aktar

Brian Tonna jippubblika dokumenti li juru li Egrant tiegħu

Brian Tonna fi stqarrija xejjen dak li qed tallega Daphne Caruana Galizia. Permezz ta’ stqarrija, preżenta dokumentazzjoni li turi ċar li Egrant hija tiegħu.

Tonna qal li l-kumpanija Egrant tnediet fl-erba’ ta’ Lulju 2013. Spjega li meta tiftaħ kumpanija l-Panama jkollok bżonn żewġ entitajiet jiffirmaw quddiem nutar. Dawn kienu Dubro Limited u Aliator. Fis-disa’ ta’ Lulju waqt laqgħa tal-bord tad-diretturi, inħarġet share f’isem ATC Administrators Inc. Riżultat ta’ dan, Dubro Limited u Aliator ma baqgħux shareholders tal-korporazzjoni. Isimhom baqa’ jidher fir-reġistru pubbliku iżda ma baqgħux shareholders wara Lulju 2013.Aqra aktar

Jitkellem Brian Tonna…jesponi gidba wara gidba

Brian Tonna, managing partner f’Nexia BT, iddikjara li Egrant qatt ma kellha kont bankarju, la f’Dubai u la mkien. Egrant kienet shelf company li qabel ma ġiet xolta kienet ta’ Tonna. L-istess Tonna qal li Egrant qatt ma rċiviet ħlas minn Al Sahra FZCO, Nexia BT qatt ma kienet imqabbda minn Egrant u qatt ma kkuntattjat lil Pilatus Bank.

Dan huwa dak li qal Tonna permezz ta’ stqarrija.

Aqra aktar

Reġgħet imgiddba! Din id-darba Brian Tonna dwar dar f’Londra

Daphne Caruana Galizia reġgħet kienet imgiddba. Din id-darba kien Brian Tonna,ta’ Nexia BT li safa fil-mira ta’ artiklu minn Daphne Caruana Galizia li issa qed jirriżulta li mhux minnu. Ftit qabel l-għaxra ta’ dalgħodu Caruana Galiza bagħtet lil Tonna biex jikkummenta dwar il-fatt li xtara dar ta’ sbatax–il miljun sterlina f’Londra.

Mingħajr ma stenniet kumment jew tweġiba Caruana Galiza ppubblikat artiklu u l-allegazzjoni tagħha għamlitha fatt. Dan mingħajr ebda preżentazzjoni ta’ provi. Brian Tonna weġibha billi kiteb lill-midja kollha u qal li dak li kitbet Caruana Galizia hija kitba ffabbrikata. Qal li qatt ma xtara, la direttament u lanqas indirettament, proprjetà f’Londra.

Nexia BT jippublikaw it-tweġibiet għal dak li staqsew tal-PANA

Brian Tonna u Karl Cini mill-kumpanija Nexia BT ippubblikaw it-tweġibiet għad-domandi mqajma mill-kumitat PANA. Dan flimkien mal-korrispondenza mal-kumitat tal-Parlament Ewropew li twaqqaf wara l-Panama Papers.

Fi stqarrija lill-mezzi tax-xandir, Nexia BT esprimew ir-rieda li jikkoperaw mal-Kumitat kull fejn jistgħu.

Ara l-korrispondenza hawn.

Aqra aktar

Nexia BT tkompli tikkonferma li Egrant tagħha

L-Awdituri ta’ Nexia BT reġgħu kkonfermaw il-fatt li Egrant, kumpanija rreġistrata l-Panama, hija tad-ditta wara li kisbitha f’Lulju 2013.

Din hija shelf company li kienet lesta biex tkun mibjugħa iżda qatt ma nbiegħet.

Qalu li dan kien ikkomunikat diversi drabi. Fosthom f’April tas-sena l-oħra f’artiklu b’kummenti mal-Maltatoday u f’email lil Rachel Attard, ta’ The Malta Independent, fejn intqal li Egrant kienet parti shelf company u għalhekk ma kienx hemm interess ieħor f’Egrant. Dan ukoll imur lura għal Mejju tas-sena l-oħra.

Aqra aktar

Egrant ta’ Nexia BT… konferma fil-Maltatoday

Nexia BT, il-kumpanija li taħdem fil-qasam finanzjarju, ikkonfermat li l-kumpanija Egrant reġistrata l-Panama hija kumpanija ta’ Nexia BT, qatt m’għamlet negozju u qatt ma bidlet l-idejn. Brian Tonna kkonferma dan mal-Maltatoday bil-gazzetta ta’ nhar ta’ Ħadd tirrapporta fil-faċċata “Nexia boss: I own Egrant.”

Aqra aktar

Send this to a friend