Brexit – Page 9 – One News

Notifiki

Il-PM Franċiż bi pjan f’każ ta’ Brexit mingħajr ftehim

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe qal li Brexit mingħajr ftehim huwa mistenni, u ħareġ pjan ta’ azzjoni għal din l-eventwalità.

Dan jumejn biss wara li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-abbozz imfassal minn Theresa May, u li dwaru kien hemm qbil mal-Unjoni Ewropea wkoll. Issa, il-Prim Ministru Franċiż qal issa huwa ż-żmien li jgħaddu ċertu liġijiet u li jsir investiment fl-ajruporti u l-portijiet Franċiżi.

Hekk kif Theresa May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit, uffiċjal mill-Unjoni Ewropea mistenni jżur is-27 Stat Membru Eweropew biex jikkordina l-pjanijiet f’każ li ma jkunx hemm ftehim.

Intant, pajjiżi b’relazzjonijiet ulterjuri mar-Renju Unit jidher li diġa qed jippreparaw għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, anke jekk dan isir mingħajr ftehim.

“Nitlobkom naħdmu flimkien”- Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May appellat lill-Membri Parlamentari Ingliżi sabiex jaħdmu flimkien b’mod kostruttiv bil-għan li tinstab triq ‘il quddiem għal Brexit.

Ilbieraħ filgħaxija, May rebħet il-vot ta’ fiduċja bi żbrixx li tressaq mill-Kap tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn. Il-Gvern ingliż rebaħ il-vot b’ 19 il-vot hekk kif 325 membru parlamentari vvutaw favur il-gvern filwaqt li 306 ivvutaw kontra.

Dan il-vot ittieħed l-għada li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim dwar Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea.

ARA: Tipposponi ċ-ċesarja biex tivvota dwar Brexit

Il-Membru Parlamentari Ingliż Tulip Siddiq, li hija wkoll omm prospettiva, ipposponiet t-twelid ta’ binha li se jitwieled b’ċesarja sabiex tkun tista tattendi għall-vot kruċjali Brexit.

F’kummenti lill-BBC, Siddiq, li għandha tqala f’riskju għoli minħabba d-diabete, saħqet li dan il-vot kien wieħed importanti ħafna għaliha, u li minkejja li suppost kellha tkun l-isptar, hija ħasset li kellha tattendi l-Parlament biex twassal il-vuċi tal-kostitwenti tagħha minn Hampsted u Kilburn.Aqra aktar

Il-PM Theresa May tirbaħ il-vot ta’ fiduċja bi żbrixx

Il-Prim Ministru tal-Ingilterra Theresa May rebħet il-vot ta’ fiduċja li tressaq mill-kap tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn. Il-Gvern ingliż rebaħ il-vot b’ dsatax il-vot hekk kif 325 membru parlamentari vvutaw favur il-gvern filwaqt li 306 ivvutaw kontra.

Dan il-vot ittieħed l-għada li l-parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim dwar Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea.

B’reazzjoni għall-vot, il-Prim Ministru Theresa May saħqet li se tiltaqa’ mal-mexxejja tal-partiti kollha sabiex tinstab it-triq il-quddiem dwar Brexit.

Brexit: X’ġara u x’se jiġri?

It-Tlieta filgħaxija l-Parlament Ingliż ivvota bil-qawwa kontra l-ftehim maqbul bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

B’202 voti favur u 432 vot kontra, kien hemm oppożizzjoni qawwija għall-ftehim ta’ Brexit. L-ewwel reazzjoni għal dan il-vot wasslet mill-Prim Ministru Theresa May li qalet li filwaqt li tirrispetta d-deċiżjoni tal-vot fil-Parlament, il-vot ma jirriflettix x’iridu ż-żewġ naħat mill-ftehim.Aqra aktar

Il-Parlament Ingliż jivvota bil-qawwa kontra Brexit

Il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim maqbul bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

B’202 favur u 432 vot kontra, kif mistenni kien hemm oppożizzjoni qawwija għall-ftehim ta’ Brexit. F’indirizz li għamlet eżatt wara li nqara l-vot, il-Prim Ministru Theresa May qalet li tirrispetta d-deċiżjoni tal-vot fil-Parlament.

Minkejja dan qalet li r-rappreżentanti tal-poplu Ingliż għandhom ukoll jirrispettaw ir-rieda tal-poplu f’Ġunju ta’ tliet snin ilu vvutaw favur Brexit. Il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn saħaq li dan kien vot ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ May. Qal li dan kien l-akbar vot fejn Gvern ġie sfiduċjat f’100 sena.

Huwa ressaq mozzjoni ta’ vot ta’ sfiduċja fil-Gvern Ingliż u din se tiġi diskussa għada.

Illejla jittieħed il-vot dwar Brexit fil-Parlament Ingliż

Illum mistenni jittieħed il-vot finali dwar Brexit.  Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw għal ħabta tas-19:00 tal-lejla fil-Parlament ingliż magħruf iżjed bħala l-House of Commons.

Huma se jivvutaw għall-pakkett li l-Gvern imexxi minn Theresa May ftiehem mal-Unjoni Ewropea dwar il-ħurġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja. Dwar dan il-pakkett diħa kien hemm ir-riżenji mill-kabinett ta’ May.Aqra aktar

Il-Gvern Ingliż lest jagħti aktar appoġġ lill-ħaddiema biex dawn ikunu favur l-abbozz Brexit

Il-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jagħti aktar protezzjoni lill-ħaddiema u lill-ambjent biex jirbaħ l-appoġġ ta’ dawn iż-żewġ oqsma fil-proċess Brexit. Dan kien propost mill-Membru Parlamentari Laburista John Mann, li huwa magħruf li jappoġġja għall-aħħar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Theresa May b’appell għall-appoġġ dwar il-pjan Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż ħeġġet lill-membri parlamentari biex jappoġġjaw il-ftehim Brexit, u qalet li huwa l-unika mod li jkun onorat ir-riżultat tar-referendum u tkun protetta l-ekonomija.

Kitba tagħha ppubblikata f’gazzetta fil-jum tal-Ħadd, May qalet li l-kritiċi tagħha, kemm dawk favur u dawk kontra Brexit, qed jirriskjaw li jagħmlu ħsara lid-demokrazija jekk jopponu l-pjan tagħha.

Iżda stħarriġ li sar għal kampanja People’s Vote wera li inqas minn persuna waħda minn erba votanti jappoġġjaw il-ftehim Brexit ta’ May.

Il-membri parlamentari se jkunu qed jivvutaw fuq jekk humix favur jew kontra l-pjan ta’ May il-ġimgħa d-dieħla. Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu, irrelevanti jekk ikunx hemm ftehim mal-Unjoni Ewropea jew le.

Send this to a friend