Brexit – Page 7 – One News

Notifiki

Il-Parlament Ingliż jivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim

Il-Parlament Ingliż ivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-mozzjoni għaddiet b’312 vot favur tluq bi ftehim u b’308 favur tluq mingħajr ftehim.

Jum ilu, il-Parlament f’Westminster reġa’ vvota kontra l-abozz rivedut tal-Prim Ministru Theresa May dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Fil-Parlament, May qalet li l-abbozz rivedut jirrispetta r-riżultat tar-referendum ta’ Ġunju 2016 filwaqt li jirrispetta r-rieda tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea.

Iżda dan ma kienx biżżejjed biex jikkonvinċi l-Parlament Ingliż, li qed jibqa’ jsostni sal-aħħar li kwistjonijiet bħal dik tal-fruntiera Irlandiża se tibqa’ sfida għan-negozjati Brexit.

Jieqfu d-diskussjonijiet dwar Brexit jum qabel vot f’Westminster dwar l-abbozz tat-tluq

Diskussjonijiet dwar Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma komplewx, skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, minkejja li baqa jum biss biex jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar l-abbozz tat-tluq.

Il-Prim Ministru Theresa May tkellmet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker il-Ħadd filgħaxija wara li jiem ta’ diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għall-ebda soluzzjoni. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu t-Tnejn bil-ħsieb li jkunu ffinalizzati t-tibdiliet meħtieġa qabel il-vot tat-Tlieta f’Westminster.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq b’mod uffiċjali mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ dan ix-xahar.

It-tħejjijiet ta’ Malta f’każ ta’ Brexit mingħajr ftehim jinsabu fi stadju avvanzat- JM

Il-Prim Ministru Jospeh Muscat ħabbar il-pjan konkret tal-Gvern u t-tħejjijiet li għamlet Malta fl-aħħar xhur b’rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unojni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja Dr Muscat qal li hemm probabbiltaà kbira li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim.

Qal li fl-aħħar xhur Malta ħejjiet pjan għal din l-eventwalità u  li Malta qed tagħmel dan bi swied il-qalb għax qed titlef wieħed mill-aqwa msieħba Ewropej.Aqra aktar

Il-PM Joseph Muscat se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit minn Kastilja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja dwar l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ Brexit.

Il-konferenza tista’ ssegwiha fuq one.com.mt

Send this to a friend