Brexit – Page 13 – One News

Notifiki

“Ħafna mill-ftehim dwar Brexit huwa ta’ żvantaġġ għar-Renju Unit”- Alfred Sant

Ħafna mill-arranġamenti dwar kif se jkunu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur għadhom fl-ajru u ħafna mill-ftehim li ntlaħaq dwar il-firda tal-Brexit bejn iż-żewġ naħat huwa żbilanċjat kontra r-Renju Unit. Minħabba f’hekk, is-sitwazzjoni politika fir-Renju Unit hi drammatika sew, qal Alfred Sant fil-programm televiżiv Kalamita. Aqra aktar

Stephen Barclay huwa l-Ministru l-ġdid għal Brexit

Stephen Barclay se jkun qed jieħu post Dominic Raab fil-kariga ta’ Ministru għal Brexit fir-Renju Unit, hekk kif il-Prim Ministru Theresa May qed tipprova terġa’ tibni l-kabinett tagħha.

Din il-ġimgħa, May rat diversi riżenji mill-Gvern hekk kif il-kabinett tagħha approva l-abbozz tagħha dwar Brexit.Aqra aktar

Il-Ministru Carmelo Abela jirreaġixxi għall-aħħar żviluppi dwar Brexit

“Din hija fażi oħra u pjuttost delikata għall-Gvern Ingliż għaliex hemm opinjonijiet differenti fuq x’għandu jkun il-ftehim li r-Renju Unit jaċċetta mal-Unjoni Ewropea”. Din kienet ir-reazzjoni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela dwar l-aħħar żviluppi marbuta ma’ Brexit imħabbra tard ilbieraħ filgħaxija. Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tliet Ministri jirriżenjaw mill-kabinett ta’ Theresa May

Esther McVey, il-Ministru Ingliż għax-Xogħol, hija t-tielet Ministru mill-kabinett Ingliż biex tirreżenja minħabba Brexit.

Qabilha, irreżenja l-Ministru għal Brexit, Dominix Raab, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Suella Braverman.

Huma qalu li dan huwa abboz li huma ma jistgħux jiddefendu, u li ebda ġid ma jista’ joħroġ minn dan.
Aqra aktar

Issa, kif inhi l-burdata f’Westminster?

Ministri tal-Gvern Ingliż inqaflu għal sigħat sħaħ f’Downing Street ilbieraħ qabel mal-Prim Minsitru Theresa May ħabbret li se jappoġġjaw l-abbozz tagħha dwar Brexit. Abbozz ta’ 585 paġna.

Il-Prim Ministru Ingliż indirizzat lill-midja waħedha, waqt li membri oħra tal-gvern baqgħu ġewwa. Aqra aktar

Send this to a friend