Brexit – Page 10 – One News

Notifiki

“Bl-ebda mod m’aħna se nappoġġjaw l-abbozz Brexit”- id-DUP

Bl-ebda mod m’aħna se nappoġġjaw l-abbozz Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Hekk qal il-Partit Unjonist Demokratiku tal-Irlanda, id-DUP, li żied jgħid ukoll li jinsabu inkwetati ferm dwar x’jista jfisser dan il-ftehim għall-Irlanda.

Dan minkejja li fl-aħħar jiem, id-DUP kellu diversi laqgħat mal-Prim Ministru May biex din tal-aħħar tipprova tikkonvinċihom jappoġġjaw il-ftehim tagħha.

Intant, May għadha qed tipprova tikseb assigurazzjoni legali mill-Unjoni Ewropea, iżda qalet li n-negozjati mhux se jerġgħu jinfetħu.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu.

“Il-vot dwar Brexit ma jistax jistenna”- Corbyn iħeġġeġ lil Theresa May ittemm il-vaganzi tal-Parlament Ingliż

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qed iħeġġeġ lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex ittemm il-vaganzi tal-Milied tal-Parlament, sabiex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jieħdu vot dwar Brexit.

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija lura fil-House of Commons fis-7 ta’ Jannar li ġej, u l-Prim Ministru May qalet li l-vot dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jittieħed il-ġimgħa ta’ wara. Corbyn kien pront joġġezzjona għal dan, u qal li l-vot għandu jittieħed mill-aktar fis possibbli.

Intant, sors minn Downing Street qal mal-midja Ingliża li l-kumment ta’ Jeremy Corbyn qed jitqies bħala wieħed “redikolu”.

Ir-Renju Unit se jħalli ċittadini Ewropej isibu xogħol fil-pajjiż sal-2025

Ċittadini Ewropej b’ħiliet limitati se jkollhom iċ-ċans isibu xogħol fir-Renju Unit minn tal-anqas sal-2025.

Dan hekk kif il-Gvern Ingliż nieda White Paper dwar il-migrazzjoni minn u lejn l-Ewropea wara Brexit, li fost oħrajn qed tipproponi skema li se tippermetti biex migranti jkomplu jidħlu fir-Renju Unit. Dan minkejja tensjoni bejn iż-żewġ partijiet minħabba l-giljottina fuq il-moviment ħieles li huwa permessibbli bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

L-iskema se tapplika għal kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u l-migranti se jkunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit għal sena qabel ma jkunu mitluba jerġgħu japplikaw.

Il-Kabinett Ingliż jiltaqa’ u jfassal pjanijiet alternattivi f’każ li ma jkunx hemm ftehim formali dwar Brexit

Minħabba l-inċertezza fir-Renju Unit b’rabta mal-ftehim ta’ ħruġ mill-Unjoni Ewropea, il-Kabinett Ingliż iltaqa’ u ddeċieda li jaħdem fuq pjani oħra. Il-Ministri approvaw fondi li jlaħħqu ż-żewġ biljun ewro biex jintużaw minn dipartimenti tal-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu mingħajr ftehim formali.Aqra aktar

BREXIT: Il-vot finali se jittieħed f’Jannar

Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jivvuttaw fuq il-ftehim ta’ Brexit tar-Renju Unit fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Din id-data ġdida ħabbrita l-Prim Ministru Ingliż, Theresa May li fissret kif l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li l-kwistjoni mal-Irlanda ta’ Fuq ma kinitx xi attentat biex taqbad lir-Renju Unit fuq sieq waħda, u ħeġġet lill-Membri Parlamentari biex jaraw li Brexit iseħħ.Aqra aktar

“Referendum ieħor dwar Brexit jista’ jkisser il-fiduċja li għandu fina l-poplu”- Theresa May

Li jsir referendum ieħor ikun pass li jkisser il-fiduċja mal-poplu Ingliż. Din jidher li se tkun it-twissija ta’ Theresa May lill-Membri Parlamentari. L-eks Prim Ministri, John Major u Tony Blair huma fost dawk li qed iħeġġu għal referendum ġdid jekk il-membri parlamentari ma jistgħux jaqblu fuq triq ‘il quddiem.

Però l-Prim Ministru Ingliż se targumenta li ssir ħsara rreparabbli lill-integrità tal-politika jekk dan isir.

Send this to a friend