brazil – Page 3 – One News

Notifiki

Mill-inqas 25 priġunier maqtul – irjus imħanxra u nies maħruqa

Minn tal-inqas 25 priġunier inqatlu wara ġlied bejn żewġ fazzjonijiet rivali f’ħabs fit-Tramuntuna tal-Brazil. Sebgħa mill-persuni mejta ħanxrulhom rashom filwaqt li sitta oħra sfaw maħruqa.

L-inċident li seħħ f’Boa Vista, l-kapitali fl-istat ta’ Roraima, ġara waqt ħin il-visitaturi. Filfatt mal-mitt visitatur fil-ħabs li kienu ttieħdu bħala ostaġġi kienu meħlusa u l-irvell intemm.

Intqal li waqt ħin l-irvell, il-priġunieri kellhom fuqhom skieken u biċċiet tal-injam. Rapporti qalu li fil-ħabs fejn seħħ il-każ hemm 1,400 mitt priġunier. Dan minkejja li l-ħabs jiflaħ mas-740 priġunier. Intant, il-Brazil għandha r-raba’ l-akbar popolazzjoni tal-ħabs tad-dinja, b’xi 600,000 priġunier.

Tinkiteb l-istorja bejn Malta u l-Brażil

Għall-ewwel darba Malta u l-Brazil iffirmaw ftehim immirat biex titjieb il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Permezz ta’ dan il-ftehim, se jkun stabilit mod ferm aktar stutturat ta’ kif isiru laqgħat bejn il-Belt Valletta u Brasilia. Se jkunu esplorati l-possibilitajiet ta’ skambji politiċi, ekonomiċi u kulturali, u se jkun imħeġġeġ l-iskambju bejn iż-żewġ popli.

Aqra aktar

Send this to a friend