Id-Dipartiment tal-Ġustizzja fl-Istati Uniti xeħet dawl fuq informazzjoni ġdida dwar is-serqa permezz ta’ attakk virtwali fuq is-sistemi tal-Bank of Valletta fi Frar ta’ sentejn ilu.Aqra aktar

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja fl-Istati Uniti xeħet dawl fuq informazzjoni ġdida dwar is-serqa permezz ta’ attakk virtwali fuq is-sistemi tal-Bank of Valletta fi Frar ta’ sentejn ilu.Aqra aktar
Il-Bank of Valletta kellu iħallas is-somma ta’ sitta u għoxrin miljun u ħames mitt elf ewro fi ftehim fuq il-kwistjoni tal-Falcon Funds mal-aġenzija tal-pensjonijiet Żvediża. Aqra aktar
Id-depożiti tal-klijenti fil-Bank of Valletta żdiedu b’aktar min-nofs biljun ewro fil-bidu tas-sena finanzjarja, u filfatt qabżu l-ħdax il-biljun ewro sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda. Dan ħareġ f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha, il-bank ħabbar li f’dan iż-żmien is-self żdied b’wieħed u disgħin miljun ewro, li hija rata ta’ tkabbir annwalizzat ta’ erbgħa fil-mija.
Hawnhekk tħabbar ukoll li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-BOV rrapporta qligħ qabel it-taxxa ta’ tlettax-il miljun u tmien mitt elf ewro.
It-tmexxija tal-BOV spjegat ukoll li l-bank għad għandu likwidità għolja ħafna.
Min nhar it-Tnejn li ġej il-Bank of Valletta se tkun qed testendi l-ħinijiet tal-operat tagħhom.Aqra aktar
Il-Gvern innomina lil Dr Gordon Cordina bħala Chairman tal-Bord tal-Bank of Valletta.
Fi stqarrija kien spjegat li ladarba l-ħatra tkun approvata, tidħol fis-seħħ fis-sebgħa ta’ Ottubru li ġej.
Dr Gordon Cordina hu fost l-ekonomisti ewlenin fil-gżejjer Maltin b’esperjenza professjonali mifruxa fuq 25 sena fil-qasam bankarju, tfassil ta’ politika, akkademja u konsulenza fis-settur privat. Huwa għandu wkoll snin ta’ esperjenza fil-Kumitat tal-Bord u Riskju f’istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin f’Malta.
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri awgura lil Dr Cordina għal din il-ħatra u rringrazzja lis-Sur Taddeo Scerri għax-xogħol li wettaq bħala Chairman tal-BOV.
Il-Bank of Valletta jinforma lill-klijenti tiegħu u lill-pubbliku li b’effett mit-Tnejn 20 ta’ April se jingħalqu b’mod temporanju ħames fergħat tal-Bank.Aqra aktar
Fi stqarrija, il-Bank of Valletta qiegħed javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 11 ta’ April 2020, il-fergħat msemmija hawn taħt se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm:Aqra aktar
B’effett immedjat, il-Bank of Valletta qed iżid il-limitu tal-ammont totali ta’ pagamenti li jistgħu isiru kuljum minn mobile għal mobile permezz tal-app BOV Mobile minn €500 għal €1,000.Aqra aktar
Fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Bank of Valletta ħabbar l-intenzjoni li jipproponi, suġġett għall-approvazzjoni regolatorja, dividend gross finali ta’ €0.026 għal kull sehem (ekwivalenti għal dividend nett finali ta’ €0.017 għal kull sehem) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2019. Aqra aktar
Il-Bank of Valletta kabbar il-fond ‘Business Assist’ minn €10 miljun għal €20 miljun. Dan bil-għan li jkompli jilqa’ it-talbiet tal-klijenti f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida.Aqra aktar
Send this to a friend