Id-dramm tal-passjoni għal sena oħra f’Bormla

‘Sa mill-ewwel passi ta’ tfuliti niftakar lil missieri li kien ferħan bija, anki b’ ħija. Sa minn ċkuniti kont immur ma’  missieri fuq il-baħar għax dak kien l-uniku għejxien tagħna. Imbagħad bdejt nikber u bdejt infendi għall- rasi.  Id-dinja u ta’ madwarna ftit skoprejtha. Sakemm darba fost l-oħrajn kien jum mhux bħall-oħrajn. Fil-bogħod rajt dija bħal tax-xemx illi għoddha kemmxitli għajnejja. Sa mill-ewwel passi ta’ tfuliti qatt ma rajt daqshekk bjudija. Lanqas biss kelli l-ħila nżomm għajnejja miftuħin. Staqsejt bejni u bejn il-kuxjenza tiegħi jekk kontx qiegħed noħlom! Imma noħlom ma kontx.’
Aqra aktar

Ir-regatta u Bormla: żwieġ li ma jmut qatt

Bormla u r-Regatta. Koppja li ilha snin magħquda f’ relazzjoni simbolika, li għall-popolazzjoni Bormliż, tista’ tgħid saret waħda sagra.

Relazzjoni li tispikka fil-wieħed u tletin ta’ Marzu u fit-tmienja ta’ Settembru kull sena, meta fil-Port il-Kbir id-dgħajjes tal-pass tas-seba’ distretti, jaqsmu l-baħar sal-ponta tal-Birgu, kollha bit-tama li jieħdu lura l-ikbar premju: il-Palju.

Għal xi uħud ir-regatta hija kapitlu magħluq, iżda f’dawn il-jumejn tas-sena id-demm jerġa’ jbaqbaq u l-passjoni timmanifesta ruħha fid-dmugħ u t-tbissim.

Frankie Cutajar huwa wieħed minnhom. Eks qaddief mad-distrett ta’ Bormla,  li ddeskriva r-regatta bħala sport li jagħmlek pożittiv u li jtik l-enerġija.

Sport li anke wara li għalaq il-kapitlu tiegħu bħala qaddief, baqa’ marbut ma’ qalbu Bormliża.

Aqra aktar

REGATTA: Bormla jkaxkru kollox

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien wara li klassifikaw fl-ewwel post f’ħames tiġrijiet tal-kategorija Open, huma rebħu ukoll Kategorija B. Dan ifisser li Bormla kaxkret kollox u rebħet żewġ shields.

Din kienet is-sbatax-il darba li Bormla rebħet ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien. Minn total ta’ ħamest itlielaq, Bormla ġew l-ewwel fi tlieta u t-tielet fit-tnejn l-oħra.

Aqra aktar

FJAMMI f’Bormla kmieni dalgħodu

Ħadd ma weġġa wara li karozza ħadet in-nar f’Bormla. Dan seħħ għat-tliea neqsin għoxrin ta’ dalgħodu, fi Triq Feliċ.

Il-karozza hija tal-għamla Toyota Vitz, lewn il-fidda.

Il-Pulizija qed tinvestiga.

Ritratt: Thomas Grixti

L-American University of Malta b’appoġġ kbir lill-isport lokali

Huma diversi l-benefiċċji li ġabet magħha l-American University of Malta f’ pajjiżna, b’mod partikolari għaż-żoni fejn se jkun hemm il-kampus tal-Università.

Iżda iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jiżdiedu dawn il-benefiċċji, bl-iktar waħda riċenti tkun dik ta’ għajnuna finanzjarja lill-klabb ta’ sport lokali għal qalb il-Bormliżi, dak tar-regatta. Tkellimna mal-kaxxier tal-klabb, Clyde Agius.

Aqra aktar

Ġrieħi gravi – anzjana ta’ 72 sena taqa’ u tweġġa’ f’darha

Ilbiereħ għall-ħabta tat-tlieta neqsien għoxrin ta’ waranofsinhar, issejħet l-għajnuna tal-Pulizija fit-Triq Fuq Verdala, Bormla.

Mara ta’ 72 sena, residenti Bormla, waqgħet mal-art minħabba problemi tas-saħħa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ġewwa l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għadejja.

Attendenza sabiħa għall-Kunċizzjoni minkejja t-temp ikrah

Matul iż-żminijiet, omm Alla ġiet imsejħa u mżejna b’diversi titli fir-reliġjon Kattolika.

Wieħed minn dawn it-titli bikrija kien dak ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni, festa iċċelebrata llum, mhux biss f’ibliet bħal Bormla imma anke minn nies ta’ fidi madwar id-dinja.

Matul iż-żminijiet, it-titlu ta’ Marija Immakulata ġie diskuss fit-tul min diversi għorrief u kittieba. Kien il-Papa Piju IX li wara ħafna studju u riċerki, nhar it-8 ta’ Dicembru, ħareġ f’San Pietru u ddefinixxa d-Domma ta’ l-Immakulata, li biha ġie deċiż li Marija lanqas għal waqt wieħed biss ma setgħa jkun li tiċċappas mad-dnub.

Aqra aktar

Xi ħadd għoġbu jbattal dar fit-triq

Fl-iskola tal-Knisja St Francis ta’ Bormla qiegħdin isiru xi xogħolijiet. Għalhekk min qiegħed jieħu ħsieb, ra li jġib l-iskips neċessarji u li f’kull ħin inaddaf warajh.

Iżda kien hemm min ħa vantaġġ mis-sitwazzjoni. Is-sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli ikkonfermat li minn dar viċin l-iskola, fi Triq il-Kampnar, tbattal ammont ta’ ġebel għal ġot-triq. Meta l-Pulizija marret tħabbat il-bieb ta’ din id-dar, sabet raġel li qal li mhux sid il-propjetà, iżda tqabbad mis-sid jieħu ħsieb il-binja sakemm il-propjetarju siefer.

Aqra aktar

Araw id-differenza

Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-British Buildings f’Bormla, minbarra li tneħħa l-asbestos mill-post, li se jkun qed jospita parti mill-campus tal-American University of Malta.

L-attenzjoni issa ddur fuq in-Knights Buildings, li se jgħaddu mill-istess proċess. Filwaqt li l-binja f’Bormla tidher fl-istat li kienet hawn taħt, fir-ritratt ta’ fuq tider restawrata.

Illejla waqt ONE News se jixxandru dettalji estensivi.

Aqra aktar

Send this to a friend