Notifiki

Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua

Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, proġett kollaborattiv ġdid mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, huwa festival ta’ ġurnata li se jsir fid-29 ta’ April fix-Xatt ta’ Bormla u se jkun iddedikat lit-tfal u l-kotba tat-tfal.

Ħames pubblikaturi se jesibixxu l-kotba tagħhom u programm kulturali b’attivitajiet ta’ qari, laqgħat ma’ awturi u attivitajiet divertenti ġie mħejji għall-okażjoni.

Aqra aktar

Ara tagħrafx lil xi ħadd – x’aktarx kien waqt funeral

Ġmiel ta’ ritratti antiki spiss qed ikunu jiċċirkolaw fuq facebook li mhux bilfors juru xeni imma juru anke nies li llum il-ġurnata ħallewna.

Dawn ukoll nistgħu nsejħulhom ġmiel ta’ ritratti għal bosta raġunijiet. Wara kollox huwa ġmiel li terġa tara membri tal-familja mill-passat li llum m’għadhomx magħna.

Aqra aktar

Raġel jammetti li refa’ idu fuq pulizija

Raġel ta’ ħamsa u għoxrin sena weħel xahrejn ħabs sospiżi għal sena u 800 ewro multa wara li ammetta li refa’ idu fuq uffiċjal tal-Puluzija, lbieraħ filgħaxija.

Ir-raġel minn Bormla li ma jistax jissemma minħabba raġunijiet legali deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużat li Insulta u darab ħafif uffiċjal tal-Puluzija waqt li kien fis-sakra.

Aqra aktar

Kisrulha qalbha għaliex serqulha r-ritratti tal-għeżież tagħha u kuruna tar-rużarju

Anzjana ta’ 81 sena minn Bormla sfat misruqa waqt li kienet fi triqtha lejn il-Knisja.

Dan ġara żewġ minuti wara li ħarġet minn darha stess fejn żewġt irġiel serqulha l-portmoni minn taħt idejha.

L-agħar minn dan kollu ghall-anzjana kien, li fil-portmoni kien hemm ritratti għeżież għaliha: tar-raġel u binha li ħallew din id-dinja qabilha kif ukoll kuruna tar-rużarju għażiża għaliha.

Fortunatament l-anzjana ma sofriet l-ebda ġrieħi. Iddaħħal ukoll rapport fl-għassa tal-pulizija.

Mill-arkivji ta’ Bormla…tifkiriet sbieħ

Kos hux?! Toqgħod taħseb…min jaf in-nies fl-imgħoddi ħasbux kif se jinbidlu d-drawwiet, il-karatteristiċi ta’ pajjiżna u l-mod li naħsbu bih maż-żmien.

Huwa ħsieb ukoll preżenti tista’ tgħid għax jekk toqgħod taħseb; min jaf kif għad irid jinbidel iżjed madwarna?!

Il-bniedem jiġi u jmur u warajh iħalli l-marka tiegħu; jista’ jkun b’xi monument, ġrajja jew tradizzjoni.

U għalhekk huwa sabiħ li ngħożżu dak li għandna għax irridu niftakru li l-ħajja hija ċiklu u ż-żmien itir.

Ritratt li juri Triq il-Gendus li kienet msejħa Strada Toro f’Bormla juri ammont ta’ nies jitkellmu barra u tfal jilgħabu. Illum il-mument huwa mod ieħor; it-tfal ma jilgħabux barra iżda jilgħabu b’mod solitarju għax it-teknoloġija rebħet. Ma jfissirx li huwa ħażin għal kollox għax fejn hemm bilanċ, hemm l-hena.

L-iskop huwa li nfakkru l-passat b’mod nostalġiku u nsellmu lil ta’ qabilna. Min jaf…għad isellmu lilna wkoll.

Ġuda ta’ Kedron f’Bormla

Għad-disa’ sena konsekkuttiva, iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, Bormla se jtella’ d-dramm tal-Passjoni, Ġuda ta’ Kedron. Kif jixhed it-titlu tad-dramm, il-ġrajja ddur mal-persuna ta’ Ġuda, bin Xmun l-Iskarjota.

Ġuda f’kunflitt dirett għall-ħelsien ta’ artu mill-Ħakma tar-Rumani; Ġuda li ġie mqarraq minn dawk ta’ madwaru, saħansitra anki minn dawk li kienu tant qrib tiegħu. Min-naħa l-oħra, Kristu li ġie fid-dinja biex jeqred il-ħażen li spiċċa ħallas għalih b’ħajtu. Qatt daqs f’din il-ġrajja l-imħabba u l-mibegħda ma kienu daqshekk viċin. Kif qatt ma kienu daqstant viċin it-telfien u l-qawmien.

Id-dramm ser isir is-Sibt 17 ta’ Marzu fis-7.30pm u l-Ħadd 18 ta’ Marzu fis-6.30pm fis-Sala tal-Kulleġġ De La Salle, Kottonera. Għall-bookings intom mitlub li ċċemplu fuq 79308900, 99120205 jew 79066304. Id-dħul se jkun b’donazzjoni ta’ Eur7.

Xogħlijiet fi Triq San Nikola Bormla

Minħabba l-maltemp li seħħ nhar is-Sibt li għadda, ix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq San Nikola Bormla issa ser isiru għada l-Ħamis 15 ta’ Frar 2018 mis-14.00 ta’ wara nofsinhar ‘l quddiem.

Triq San Nikola ser tkun kompletament magħluqa għat-traffiku minn fejn id-dħul għal Triq il-Polverista, sal-ħruġ tar-roundabout. Il-karozzi li ġejjin minn Triq San Ġwann t’Għuxa ser jgħaddu minn Triq il-Polverista filwaqt li dawk li ġejjin minn Triq Bormla ser jgħaddu minn Triq l-Immakulata.

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.

Tal-Mistħija: Jinħareġ ammont ta’ skart fit-triq

Dalgħodu, Triq il-Pellegrinaġġ f’Bormla sebħet mimlija oġġetti mhux bżonnjużi aktar li tħallew minn persuni mhux magħrufa tul il-lejl tal-bieraħ is-Sibt.

Hija sfortuna li fis-seklu 21 għad hawn min jaħsibha b’dan il-mod meta jeżistu l-faċilitajiet kollha biex skart jitneħħa bla ħlas, mill-Kunsill Lokali.

Is-Sindku Alison Zerafa Civelli fuq il-mezz tal-midja soċjali tagħha, appellat biex min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-kunsill.

 

Tittajjar persuna fi Triq Dom Mintoff, Bormla

Persuna li ttajret fi Triq Dom Mintoff f’Bormla għall-ħabta tad-21.05 tal-lejla ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

Il-persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, intlaqtet minn karozza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa u l-pulizia għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar dan il-każ.

 

Aktar dettalji malli jaslulna.

Send this to a friend