Notifiki

Karavan u karozza jieħdu n-nar f’Bormla

Karavan ħa nar matul il-lejl tal-Ġimgħa, bil-konsegwenza miegħu inħarqet karozza tat-tip Fun Cargo.

Il-każ seħħ fi Triq il-Mitħna, f’Bormla, fejn isejjħu xi membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi ftit tal-minuti, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett.Aqra aktar

Minkejja t-tifrik tal-gwerra, baqgħet sħiħa

Il-Parroċċa ta’ Bormla qed tiftaħ is-sena anniversarja li tfakkar il-75 Anniversarju mill-Pellegrinaġġ bil-Vara u l-Kwadru Titulari ta’ Marija Immakulata minn Birkirkara għal Bormla. Dan il-Pellegrinaġġ Nazzjonali oriġinarjament kien sar bħala ringrazzjament lil ’l Alla għax il-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata kienet baqgħet wieqfa minkejja l-attakki tal-għadu mill-ajru  fl-inħawi matul it-Tieni Gwerra Dinjija ta’ bejn l-1939 u l-1945, speċjalment  minħabba  li tinsab viċin ħafna tat-Tarzna ta’ Malta.

Aqra aktar

Restawr f’San Ġwann t’Għuxa

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħabbar li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-barumbara f’San Ġwann t’Għuxa, Bormla. Din il-barumbara hija binja antika li l-Bormliżi antiki jirrakkontaw kif dejjem jafuha hemm u tkun ħasra jekk tintilef.

Dwar din l-aħbar, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mas-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli.

“In-nies ħadet nifs għaliex il-biża’ kien li nitilfu din il-binja storika jekk tibqa’ fl-istat li qiegħda,” qalet is-Sindku.Aqra aktar

ARA: Bormla r-rebbieħa tar-Regatta

Bormla rebħu r-regatta ta’ Jum il-Vittorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif is-Sibt waranofsinhar fil-Port il-Kbir rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha.

Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-‘A’, dik tal-‘open’ u anke l-‘B’.Aqra aktar

ARA: Jibda x-xogħol ta’ 68 appartament ta’ housing soċjali f’Bormla

Jinsab għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ twaqqigħ ta’ djar mitluqa u abbandunati f’Bormla li fi żmien sentejn se jiġu rriġenerati fi 68 appartament ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali.

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li waqt li l-pjan oriġinali kien jinkludi l-bini ta’ sitta u ħamsin appartament, permezz ta’ emendi fil-pjanti, il-proġett se jinkludi 68 appartament flimkien ma’ child care centre, ċentru tal-komunità, u aktar minn mitt spazju ta’ parkeġġ.Aqra aktar

FILMAT: Iż-żagħżugħ li ngidem minn kelb għadu rikoverat l-isptar

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba biex il-każ tat-tifel ta’ 14-il sena li tmint ijiem ilu ġarrab ġrieħi gravi f’saqajh it-tnejn wara li ngidem minn kelb ta’ razza pitbull jinstema’ b’urġenza.

It-tifel, Jean Claude Vella, għadu rikoverat l-isptar Mater Dei wara li fl-aħħar jiem sarulu żewġ interventi.

Huwa ġie attakkat minn kelb li ma kienx marbut wara li t-tifel ħareġ jarmi xi kaxxi barra fi Triq San Ġwann f’Bormla.

Leticia Chetcuti, iz-zija tat-tifel faħħret l-azzjoni tal-pulizija l-aktar dawk fl-Għassa ta’ Bormla biex ressqu l-każ il-Qorti. Madankollu erprimiet id-diżappunt tagħha għall-fatt li l-Qorti ma laqgħetx it-talba biex il-każ jinstema’ b’urġenza. Aqra aktar

Send this to a friend