Ir-Renju Unit se jorganizza s-summit tal-G7 għal din is-sena f’Cornwall f’Ġunju li ġej ara li l-edizzjoni tas-sena l-oħra tħassret minħabba l-Coronavirus.Aqra aktar

Ir-Renju Unit se jorganizza s-summit tal-G7 għal din is-sena f’Cornwall f’Ġunju li ġej ara li l-edizzjoni tas-sena l-oħra tħassret minħabba l-Coronavirus.Aqra aktar
Il-Parlament Ingliż għadda l-ftehim għall-wara l-perjodu tranżitorju ta’ Brexit, b’521 vot favur u 73 vot kontra.Aqra aktar
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson eskluda kompletament li jkun hemm estensjoni oħra tal-perjodu li fih kellu jintlaħaq ftehim dwar il-kummerċ bejn pajjiżu u l-Unjoni Ewropea wara Brexit. Il-perjodu tranżitorju għandu jintemm fl-aħħar ta’ din is-sena, iżda n-nuqqas ta’ qbil wassal għal xnigħat li l-perjodu ta’ transizzjoni seta’ jiġi estiż sal-bidu tal-2021.Aqra aktar
In-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, Michel Barnier qal li fadal biss ftit sigħat fit-taħditiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar ftehim għal wara li jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit, madanakollu iż-żewġ naħat qed ikomplu jinsistu li għad hemm ostakli kbar sabiex jintlaħaq ftehim qabel għeluq din is-sena.Aqra aktar
It-taħdidiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mistennija jkomplu hekk kif rapporti qed jgħidu li jista’ jkun hemm xaqq ta’ dawl li jintlaħaq ftehim għal wara li jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit, fl-aħħar ta’ din is-sena.
Il-BBC qed jirrapporta li ftehim dwar is-sajd bejn il-Gvern Ingliż u l-Unjoni Ewropea qiegħed fil-fażi konklussiva tiegħu iżda jista’ jkun li dan il-ftehim m’għandux l-appoġġ sħiħ tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Boris Johnson. Nifhmu li l-Unjoni Ewropea trid li s-sajjieda Ewropej jibqgħu jistadu f’ibħra tar-Renju Unit.
Lord Frost, f’isem il-Gvern Ingliż u Michel Barnier, f’isem l-Unjoni Ewropea mistennija jkomplu jinnegozjaw filwaqt li Johnson mistenni jkollu taħdidiet oħra telefoniċi mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. It-taħdidiet qed ikomplu wara li nhar il-Ġimgħa ġew sospiżi minħabba differenzi kbar bejn iż-żewġ naħat.
Kemm il-darba ma jintlaħaqx ftehim, mill-bidu tas-sena d-dieħla se jibda jkun hemm sorveljanza stretta bejn il-fruntieri tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea u se jiġu imposti taxxi fuq prodotti Ingliżi u Ewropej biex jidħlu għand xulxin. Il-Kamra tal-Kummerċ Ingliża qalet li n-negozjanti Ingliżi mhumiex imħejjija biex joperaw kemm il-darba ma jintlaħaqx ftehim għal wara l-perjodu tranżitorju ta’ Brexit.
Jirreżenja d-direttur tal-komunikazzjoni għall-Gvern Ingliż Lee Cain, filwaqt li hemm xnigħat li jista’ jilħaq il-Kap tas-Segretarjat. Ir-riżenja ta’ wieħed mill-persuni qrib il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, ġiet fost rapporti ta’ tensjonijiet interni f’Downing Street.Aqra aktar
Fil-jum tas-Sibt, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea Ursula von der Leyen se jiddiskutu n-negozjati dwar il-ftehim kummerċjali li l-Gvern Ingliż biddel wara li sar il-ftehim ta’ Brexit mal-UE.Aqra aktar
L-Unjoni Ewropea bdiet proċeduri legali kontra r-Renju Unit hekk kif il-Gvern Ingliż irrifjuta milli jwaqqaf il-pjanijiet tiegħu biex ibiddel partijiet mill-ftehim li kien sar dwar Brexit.Aqra aktar
Il-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jsaħħaħ il-liġijiet tas-sigurtà hekk kif rapport li sar mill-Membri Parlamentari juri li l-Gvern ma tax daqstant importanza fuq it-theddida ta’ interferenza Russa fir-Renju Unit.Aqra aktar
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien mistieden mill-Ministru għat-Turiżmu Maltija Julia Farrugia Portelli sabiex fid-darba li jmiss li jżur lil pajjiżna fuq xogħol tiżdied fil-programm taż-żjara tiegħu, ġirja mal-Ministru Maltija f’waħda mill-għexieren ta’ bajjiet sbieħ f’Malta. Aqra aktar
Send this to a friend