Maħtur il-bord tal-Awtorità tal-artijiet

Is-segretarju Parlamentari Deborah Schembri ħatret il-Kap Eżekuttiv, chairperson u board tal-gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet. Liema Awtorità twaqqfet permezz ta’ avviż legali ppublikat nhar il-Ġimgħa u li se tkun qed tieħu l-irwol tal-Kummissarju tal-Artijiet u d-Dipartiment eżistenti.

Jissospendi ruħu sakemm issir investigazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ġie infurmat mill-Kap tas-Segretarjat tiegħu, is-Sur Jesmond Zammit, li kien qed jissospendi lilu nniffsu mix-xogħol sakemm issir investigazzjoni mmexxija mill-eks Brigadier Carmel Vassallo dwar rapport li deher dalgħodu fil-MaltaToday.

Is-Sur Zammit qed jiċħad li intervjena f’ dan il-kaz, iżda peress li huwa l-coach tat-team tal-football li miegħu jilgħab il-persuna konċernata, huwa ħass li għandu jissospendi ruħu sakemm titlesta l-investigazzjoni sabiex ma jintefa l-ebda dell fuq il-ħidma tad-dekasteru li għalih s-Segretarju Parlamentari huwa responsabbli.

Send this to a friend