bord – One News

Notifiki

Ħatra prestiġjuża fuq il-Bord tal-Awdituri tal-European Stability Mechanism

Għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l- NAO, se jkun rappreżentat fuq il-Bord tal-Awdituri tal-European Stability Mechanism, l-ESM, li ġiet imwaqqfa mill-Istati Membri fiż-żona ewro bħala istituzzjoni finanzjarja internazzjonali biex tgħin lil dawk il-pajjiżi li jużaw din il-munita li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji. Ġiet imwaqqfa fis-27 ta’ Settembru 2012 essenzjalment biex tħares u tipprovdi aċċess fil-pront għal programmi ta’ assistenza finanzjarja, b’massimu ta’ self li jitla’ sa €500 biljun, lil dawk l-Istati Membri li jispiċċaw f’dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.Aqra aktar

Aktar minn €432,000,000 mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment

Id-dħul fil-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda kien ilaħħaq għal aktar minn 432 miljun ewro.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ dan il-fond. Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-Gvern u twaqqaf biex jamministra 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet li tirċievi mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Il-Bord tal-Gvernaturi qal li matul l-istess perjodu, il-Fond investa aktar minn 130 miljun ewro f’investimenti lokali rreġistrati fuq il-Borża ta’ Malta flimkien ma’ Stocks tal-Gvern.Aqra aktar

L-MHRA u l-MTA sodisfatti ferm bid-deċiżjoni tal-bord ġdid tal-Air Malta

L-Assoċċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti flimkien mal-Awtorità Maltija għat-turiżmu laqgħu b’sodisfazzjoni d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tad-Diretturi l-ġdid tal-Air Malta. Bħala parti mill-ewwel deċiżjonijiet tal-Bord, ġie approvat li minn Novembru li ġej l-Air Malta se terġa’ tibda s-servizzi tagħha lejn Frankfurt b’erba’ titjiriet fil-ġimgħa fix-Xitwa u kuljum mis-Sajf li ġej.

Aqra aktar

It-tmexxija tal-Bank ta’ Żvilupp se tinħatar b’konsultazzjoni

Ic-chairman tal-Bord tal-Bank Malti ta’ Żvilupp u tal-bord ta’ supervizjoni tiegħu se jinħatru wara konsultazzjoni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru Louis Grech meta għalaq id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf dan il-bank. Huwa qal li l-gvern ħass li għandu jagħmel din il-proposta minkejja li mhix l-użanza, anzi kważi qatt ma kienet prassi speċjalment fil-każ ta’ bordijiet ta’ entitajiet kummerċjali.Aqra aktar

L-ewwel Bord tad-Diretturi għas-servizzi tas-saħħa mentali

  • Jitwaqqaf għall-ewwel darba Bord tad-Diretturi għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali

Din il-ġimgħa, għall-ewwel darba f’pajjiżna, iltaqa’ l-Bord tad-Diretturi għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali. Dan il-bord ta’ diretturi, li twaqqaf mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, huwa mmexxi mit-tabib Jan Chircop.

Aqra aktar

Maħtur il-bord tal-Awtorità tal-artijiet

Is-segretarju Parlamentari Deborah Schembri ħatret il-Kap Eżekuttiv, chairperson u board tal-gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet. Liema Awtorità twaqqfet permezz ta’ avviż legali ppublikat nhar il-Ġimgħa u li se tkun qed tieħu l-irwol tal-Kummissarju tal-Artijiet u d-Dipartiment eżistenti.

Jissospendi ruħu sakemm issir investigazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ġie infurmat mill-Kap tas-Segretarjat tiegħu, is-Sur Jesmond Zammit, li kien qed jissospendi lilu nniffsu mix-xogħol sakemm issir investigazzjoni mmexxija mill-eks Brigadier Carmel Vassallo dwar rapport li deher dalgħodu fil-MaltaToday.

Is-Sur Zammit qed jiċħad li intervjena f’ dan il-kaz, iżda peress li huwa l-coach tat-team tal-football li miegħu jilgħab il-persuna konċernata, huwa ħass li għandu jissospendi ruħu sakemm titlesta l-investigazzjoni sabiex ma jintefa l-ebda dell fuq il-ħidma tad-dekasteru li għalih s-Segretarju Parlamentari huwa responsabbli.

Send this to a friend