bord konsultattiv – One News

L-ebda indħil politiku fl-operat u t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u Żgħażagħ

“L-esponent jiddikjara li ma rriżultax illi kien hemm xi pressjoni politika fuq xi deċiżjoni meħuda mill-Bord Konsultattiv. Filwaqt li jista’ jkun li xi ġenituri bioloġiċi marru kellmu xi Ministru, kif wara kollox għandhom kull dritt li jagħmlu, mill-provi prodotti, ma rriżulta l-ebda influwenza ministerjali fuq id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Bord Konsultattiv.”

Dawn huma l-konklużjonijiet tal-Imħallef Michael Mallia fl-inkjesta dwar l-Operat u Twettiq tal-Funzjonijiet tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u Żgħażagħ (Children’s and Young Persons Advisory Board) maħtura mill-Prim Ministru wara li l-Membru Parlamentari Robert Cutajar, waqt seduta tal-Parlament fil-21 ta’ Ottobru 2015, kien allega li f’diversi ċirkostanzi dan il-Bord naqas li jagħti każ ir-rapporti tas-social workers u li ttieħdu deċiżjonijiet kontra l-interess tat-tfal.

Aqra aktar

Send this to a friend