Ma xebax bil-bezzun tal-AirMalta

Dan l-imbierek bezzun tal-AirMalta ma qalax kwistjonijiet biss fuq id-daqs tiegħu għalkemm kien meħtieġ biex jitnaqqsu l-ispejjeż, spiċċa f’polemika ħabba Simon Busuttil u dan mill-Oppożizzjoni.

Mela l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem wara li tela’ bħala Kap tal-PN, mar jiġri għand l-imprendituri biex iħallsulu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap Eżekuttiv. Għamilha hu biss u għamilha waħdu.

Għamilha meta kien jaf li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Għamilha fl-istess ħin li kien wiċċ imb’wiċċ mal-Gvern jitkellem dwar il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u kif se tkun imtejba. Għamilha fl-istess ħin li kien beda u għadu għaddej bil-kantiliena tal-Governanza, trasparenza u onestà politika.

Aqra aktar

Dak li qaluli biex ngħid…

Se nwassal biss il-messaġġ li qaluli biex ngħaddi. Tgħiduli qed iservi ta’ messaġġier. Iva nemmen li hekk hemm bżonn f’din iċ-ċirkustanza. Min hu m’għandux il-kuraġġ jitkellem apertament u qalli biex ngħaddi l-messaġġ jiena bil-premura li ma nsemmiex ismijiet. U hekk se nagħmel.

Ngħid mingħajr tlaqliq li din il-persuna, kienet u għadha ma taqbilx miegħi politikament u ma’ ħafna mill-qarreja ta’ dan is-sit. Pero qed naqblu fuq ħaġa waħda. Is-serenità li hawn f’pajjiżna. Qed naqblu fuq is-siegħa tajba li għaddejjin minnha n-negozji. U propju għalhekk, li din il-persuna li kienet u se tibqa’ Nazzjonalista, imma li qed tara l-partit tagħha totalment mibdul, se tivvota lil Joseph Muscat fl-elezzjoni li ġejja.

Jien nemmnu.

Aqra aktar

Il-karnival u l-politika korretta

Fil-Brażil il-karnival jibda kmieni. Dis-sena madankollu qed iħabbat wiċċu ma’ kwistjoni ta’ korrettezza politka fis-sens li ċerti innijiet magħrufa mill-50 li jitkantaw f’dawn iż-żmienijiet fit-toroq ta’ Rio hemm xi wħud li jidhru u jinxtammu razzisti. Wieħed mill-innijiet jismu Mulata Bossa Nova li nkiteb fis-snin sittin wara li Vera Lucia Couto dos Santos kienet l-ewwel mara sewda li rebħet it-titlu tas-sbuħija f’konkors reġjonali u għalhekk kisbet id-dritt li tirrapreżenta lil pajjiżha jekk tirbaħ fuq livell nazzjonali bħala Miss Brażil. Issa mulata tingħad lil dawk ta’ lewn imħallat – il-kelma bil-Malti tfisser bagħal. Fil-fatt fil-Malti aħna nużaw dil-kelma wkoll b’mod dispreġġjattiv meta ngergru li mhux qed niġu stmati (mela jien xi bagħal?) jew ngħajjru lil xi ħadd (ja bagħal li hu) !

Dir-riferenza għat-taħlit tar-razzez  qed taqla’ kontroversja wara li drummer żagħżugħ ta’ 32 sena Ju Storino oġġezzjona li jikkumpanja innijiet razzisti jew omofobji (kontra l-omosesswali) jew miżoginistiċi (kontra n-nisa) . L-innu tal-Mulata mhux l-uniku oġġezzjoni. Hemm Maria Sapatao (il-Lesbika) u Cabeleira de Zeze (Xagħar Zeze) għax zeze tirreferi għal raġel li għandu xagħru bil-malji twal, ftit iffemminat. Waqt il-kant ta’ dal-aħħar innu l-udjenzi jgħajjtu bicha (gay) u għalhekk l-assoċjazzjoni offensiva.

Aqra aktar

Sarima ma’ ħalq ħadd

Il-liġi tal-istampa li għandna sa llum il-ġurnata nkitbet fl-1975, u kienet emendata fl-1996.

Minn dakinhar ‘l hawn twieled l-internet, u l-liġi kif qiegħda bħalissa taħseb li dan lanqas biss jeżisti f’pajjiżna.

F’kummenti ma’ One News, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici spjega kif il-liġi l-ġdida hija mmirata li testendi aspett li kien diġà eżistenti.

Aqra aktar

Taħlita unika jew il-Maltin bħall-qaqoċċa Siċiljana?!

Bil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea f’idejha Malta tidher li bdiet fuq nota ta’ effiċjenza u professjonalità. Prosit għal dil-gzejra f’nofs ta’ baħar, li qed turi kemm hi kapaci u ambizzjuża anki f’oqsma internazzjonali…u prosit għat-tmexxija li tidher qed tispira u taħdem ħarir. Jekk hemm xi ħaġa li tgħallimna mill-poteri imgħoddija li mexxew dal-gżejjer żgur li rawwimna l-ħiliet, l-istrateġiji u d-dixxiplina li tmur ma’ avvenimenti quddiem il-barranin li fihom irridu noħorġu ta’ ‘rġiel’ (anki jekk dil-frażi idjomatika Maltija b’xorti ħażina ma tinkludix in-nisa).

Aqra aktar

Taħt iz-zero

Iva, fuq it-temperatura se nitkellem. Ma nafx kemm il-darba smajt lil xi ħadd jgħid “x’bard” jew rajt lil xi ħadd jikteb fuq Facebook li qiegħed ġewwa għall-irdoss din il-ġimgħa, jew propja dawn il-jumejn. It-temperatura vera nieżlet u niezlet sew. Jien ngħid ħallih ħa jagħmel għax issa żmienu. Ix-xitwa hija staġun, u bħal staġuni oħra, titgerbeb biex tħalli postha għar-rebbiegħa u wara għas-sajf u ċ-ċirku dejjem idur. Ix-xitwa ma tinkwetaniex, anzi nħobbha.

Jien li jdejjaqni jew li jimeraviljani għax naħseb kelma aħjar biex tintuża fil-kuntest li se nitkellem dwaru, hija li tibqa’ statiku ma tagħmel xejn, sakemm ma tmurx lura wkoll. X’ħin tibda l-kesħa kulħadd jaħseb għall-gvieret u l-kutri, għal xi daqsxejn heater u għal xi ħaġa sħuna, tagħmel dan biex tilqa’ għall-bard.

Aqra aktar

Oppożizzjoni bla skrupli

Meta tisma’ jitkellem lill-kap ta’ l-oppożizzjoni Simon Busuttil, tistħajlu kap li rifes il-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba tliet snin ilu.

Jitkellem dwar l-onestà u l-integrità, dwar kemm irid inaddaf il-politika Maltija u dwar kemm jemmen fir-riżenji. Tisthajlu kap li għandu ambizzjoni li qatt ma kien hawn bhala.

Izda met tieqaf u tahseb, tinduna li dan huwa biss, u xejn aktar, l-istess persuna li kien jiftahar li elezzjoni wahda wara ohra, kien għamel il-manifest elettorali. Tidnuna li dan huwa l-istess persuna li kien spalla ma spalla mal-krema tal-PN, inkluż ma Lawrence Gonzi. Tinduna li dan huwa l-istess persuna li meta l-PN kien fil-Gvern, kien qed ipappiha mhux hażin. Tinduna li dan huwa l-istess persuna, li kien f’partit bi skandlu dwar korruzzjoni ppruvata, wieħed wara l-ieħor, u qatt ma għamel xejn dwarha. Tinduna li dan huwa l-istess persuna li għalaq għajnejh u widnejh għal weġgħat tal-Poplu Malti u Għawdxi.

Aqra aktar

L-arroganza li qatt ma telqet u donnha se tibqa’ hemm

Ħafna nies jiftakru l-arroganza grassa tal-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista. Amministrazzjoni Nazzjonalista li ma kinitx biss sfiduċjata fil-Parlament, iżda aktar minn hekk sfiduċjata mill-poplu sħiħ fl-elezzjoni ta’ Marzu 2013, sfiduċjata b’mod qawwi ħafna.

Iżda wħud jinsew dak li ġara wara. Għax jiftakru fl-elezzjoni li semmejt aktar ‘l fuq biss, u mhux dawk li ġew wara.Għalija dawk li ġew wara għandhom sinifikat aktar.Wara Marzu 2013 kien hemm żewġ elezzjonijiet oħra li kienu fl-istess marġini ta’ voti tal-2013. Rizultati li ma jistgħux jittieħdu għalihom waħidhom, iżda għandhom jitpoġġew f’kuntest li n-nies baqgħu jivvutaw kontra l-arroganza, arroganza li minkejja tliet telfiet elettorali wara xulxin, għadha hemm sal-llum.
Aqra aktar

Poke (Si)mon Go

Bħalissa kulħadd ifittex il-pokemon. Smajt bi stejjer li barra minn Malta kien hemm min ħabat bil-karozzi, xi ħadd kaxkar xi stage miegħu u f’Malta, min taparsi sab wieħed f’xi wc f’Għawdex. Kulħadd iridu lil Pokemon. Nammetti li l-logħba, jekk trid isejjħilha hekk, għadni ma fhimtiex mija fil-mija u miniex ċert lanqas jekk hux din il-fuss li hawn fuqha hux esaġerat, iżda bħal kollox, illum pokemon, ilbieraħ yolo, ilbieraħt’lura planking u d-dinja sejra hekk.

Pero f’Malta qed nilgħabu logħba oħra wkoll. Dejjem inkunu avant garde aħna. Qed nippruvaw inftttxu l-kredenzjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend