Inawgurata l-ewwel Borża ta’ Blockchain f’Malta

Issiġillat il-ftehim bejn żewġ kumpaniji tal-blockchain NEUFUND u OKEX li bejniethom ħolqu kumpanija sussidjarja li ser twaqqaf f’Malta l-ewwel borza tal-blockchain fid-dinja.

Dawn iż-żewġ kumpaniji ser joħolqu kumpanija sussidjarja MSX li ser tkun qed tinvesti fit-teknoloġija tal-blockchain kif ukoll tingħaqad fi sħab ma’ kumpaniji oħra intiżi f’dan is-settur li dejjem qiegħed jikber. Aqra aktar

Kumpanija kbira fil-qasam tal-Blockchain tgħaġġel il-proċess biex topera f’Malta

Deskritta bħala l-akbar kumpanija fid-dinja fil-qasam tal-assi diġitali fosthom Crypto currency u l-blockchain, OKEx se tħaffef aktar il-proċess biex tespandi l-operat tagħha lejn Malta.

Kien propju tliet xhur ilu meta tħabbar li OKEx ħabbret li se tiftaħ f’pajjiżna wara anki laqgħat mas-Segretarju Parlamentari għas-servizzi finanzjarji, l-ekonomija diġitali u l-innovazzjoni Silvio Schembri.

F’April li għadda anki l-Prim Ministru fuq twitter laqa’ b’sodisfazzjon li kumpanija bħal OKEx għażlet li tkabbar l-operat tagħha fi gżiritina.Aqra aktar

Jissoktaw laqgħat ma’ kumpaniji fil-qasam tal-blockchain fl-Istati Uniti

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri attenda għal għadd ta’ laqgħat ma’ kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-blockchain fi New York. “Sodisfatt li nista’ nħabbar li wara dawn il-laqgħat, fil-ġranet li ġejjin, rappreżentanti tal-kumpaniji se jkunu qed iżuru Malta biex jiftħu l-uffiċini tagħhom u se jibdew joperaw minn Malta,” qal Silvio Schembri.

Aqra aktar

Kumpanija tal-blockchain tiftaħ l-uffiċini tagħha f’Malta

Bid-daqq tal-qanpiena tan-New York Stock Exchange, f’Malta għadu kemm ġie rilokat il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija fil-blockchain DQR Group- entita’ li tħaddan fiha tlett kumpaniji li twaqqfu l-Ġermanja u li tħaddem 70 ruż.  Ħamsa u sittin fil-mija tal-ħaddiema huma Maltin u fil-futur qrib, mistennija li tħaddem total ta’ 200 ħaddiem.Aqra aktar

Aċċess għaċ-ċertifikati akkademiċi permezz ta’ app

Il-Gvern nieda application ġdida bl-isem ta’ Blockcerts li ser tagħti l-faċilità lill-istudenti li permezz ta’ blockchain jaċċessaw iċ-ċertifikati akkademiċi kollha li jkunu kisbu matul il-vjaġġ akkademiku tagħhom.

Din l-application ser tkun qed tagħti ċ-ċans lill-istudenti tal-MCAST u tal-ITS li jkollhom aċċess għaċ-ċertifikati tagħhom minn fuq il-mobile tagħhom biex ikunu jistgħu jipreżentawhom b’mod sempliċi meta japplikaw għal-impjieg. Tagħti wkoll iċ-ċans lill-min iħaddem biex jivverifika l-validita taċ-ċertifikati preżentati quddiemu.

Aqra aktar

Interess qawwi fil-qafas regolatorju propost dwar it-teknoloġija DLT

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri esprima sens ta’ sodisfazzjon għall-interess qawwi li qed jintwera b’rabta mal-qafas regolatorju propost dwar it-teknoloġija DLT li ressaq il-Gvern Malti ġimgħatejn ilu u li issa qiegħed għall-konsultazzjoni pubblika.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza bit-tema ‘Reflections on the Proposed DLT Regulations’ mtella’ mill-Assoċjazzjoni Blockchain Malta, Silvio Schembri spjega li l-qafas regolatorju qed jipproponi li tinħoloq Malta Digital Innovation Authority , li ssir reġistrazzjoni b’mod volontarju ta’ dawk li joffru servizzi b’rabta ma’ din it-teknoloġija u Arranġamenti Teknoloġiċi bħal fil-qasam ta’ smart contracts.  Il-qafas regolatorju jinkudli fih reġim, żvilluppat mill-MFSA, għall-ICOs u dawk li joffru servizzi fil-qasam ta’ muniti diġitali.

Aqra aktar

Malta l-ewwel li se tirregola s-settur tal-‘Blockchain’

Fil-ġimgħat li ġejjin Malta se tniedi l-ewwel qafas regolatorju fid-dinja li se jwassal għat-tnedija ta’ regolatur ġdid bil-għan li jiġu regolati servizzi relatati mas-setturi tal-Blockchain u tal-intelliġenza artifiċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri ħabar dan waqt il-konferenza Unlock Blockchain fiċ-Ċentru Finanzjarju Internazzjonali ta’ Dubai.

Waqt din il-konferenza li għaliha attendew bosta investituri internazzjonali interessati fil-settur tat-teknoloġija Blockchain, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-Gvern Malti ħadem bi sħiħ flimkien mal-industrija sabiex joħloq qafas regolatorju bla ma’ tiġi maħnuqa l-innovazzjoni f’dan is-settur dinamiku.

Aqra aktar

Malta se tirregola s-servizzi fis-settur tat-teknoloġija blockchain permezz tal-l-ewwel qafas regolatorju ġdid fid-dinja

Fil-ġimgħat li ġejjin Malta se tkun qed tniedi l-ewwel qafas regolatorju fid-dinja li se jwassal għat-tnedija ta’ regolatur ġdid bil-għan li jiġu regolati servizzi relatati mas-setturi tal-Blockchain, Artificial Intelligence, apparat IOT u servizzi oħra.

Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri waqt il-konferenza ‘Unlock Blockchain’ fic-Ċentru Finanzjarju Internazzjonali ta’ Dubai.

Aqra aktar

Send this to a friend