“L-industrija kienet qed titlob regolamentazzjoni sensibbli mingħajr ma toħnoq l-innovazzjoni. Dan hu dak li tat Malta”

 

Meta kien qed jindirizza lill-aktar minn 3,500 persuna li attendew għad-Delta Summit, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega l-vjaġġ li bdiet Malta sena ilu sakemm waslet għal fejn hi qegħda llum, jiġifieri bi tliet liġijiet li joffru ċertezza legali lil dawk li joperaw fis-settur tal-Blockchain.Aqra aktar

“Minn kull rokna tad-dinja, il-kelma Blockchain hija assoċjata ma’ Malta”- Il-PM fil-ftuħ tad-Delta Summit

Quddiem 3,500 persuna, ħafna minnhom persuni barranin li jaħdmu fil-qasam tal-Blockchain, tas-settur finanzjarju u dak legali, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza d-Delta Summit. Summit li huwa l-avveniment uffiċjali tal-Gvern Malti għall-Blockchain u l-Innovazzjoni.

Minn Tokyo għal Torino, minn Hong Kong għal Helsinki, minn New York għal Nairobi. Pajjizna, issa ingħaqad ma dawn il-pajjizi fejn tidħol il-Blockchain.Aqra aktar

Għada jerġa’ jiltaqa’ l-parlament

Minn għada se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament Malti wara waqfa ta’ ftit ġimgħat għall-btajjel tas-sajf. Għalkemm ix-xhur tas-sajf kienu impenjattivi għall-Gvern. Dan mhux biss minħabba l-implimetazzjoni politika iżda wkoll għaliex ilGvern kien qed iħejji l-aġenda parlamentari tiegħu. Aġenda ta’ gvern li ma jibżax mill-bidla u li għandu l-għan ikompli jtejjeb il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista Byron Camilleri sostna li aġenda riformista se tkun implimentata fix-xhur li ġejjin.

Aqra aktar

Mid-dinja diġitali għal dik tal-Blockchain

Proprju matul din il-ġimgħa stess, f ’pajjiżna kien hawn il-festival THU (Trojan Horse was a Unicorn) li għamel minn pajjiżna l-bażi tiegħu wara snin fil-Portugall. F’dan il-festival tad-dinja kreattiva li għalih attendew xejn inqas minn 1,200 ruħ minn diversi pajjiżi dinjija, u li ltaqa’ fil-Belt Valletta, esibixxew ix-xogħol tagħhom uħud mill-aqwa kumpaniji fid-dinja. Fost dawn il-kumpaniji li żgur m’għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni hemm Pixar, Walt Disney, Netflix, Lenovo, Occulus, Unreal Machine u Nauthy dog.

Dawn huma kumpaniji kbar fid-dinja li joperaw fiha. Waqt dan il-festival saru mhux biss diskussjonijiet u diskorsi minn personalitajiet bħal Scott Ross li kien direttur ta’ films li rebħu oscars bħal Titanic, Jeff Kamber minn Google, fost oħrajn, iżda anke kien hemm diversi opportunitajiet sabiex il-kumpaniji msemmija aktar ’il fuq setgħu ddaħħlu aktar nies magħhom. Dawn huma opportunitajiet li ġejjin minn fost l-akbar fix-xena. F’kummenti li għadda lil mezzi tax-xandir, Andre Luis, il-fundatur ta’ THU, qal li “Malta għandha l-abiltajiet kollha sabiex tkun ċentru diġitali innovattiv fl-Ewropa”. Luis tenna li huma ħafna r-raġunijiet għaliex Malta tista’ tikseb dan it-titlu dwar l-innovazzjoni fosthom il-pożizzjoni ġeografika li Malta tinsab fiha, fin-nofs tal-Mediterran u bejn żewġ kontinenti u anke l-viżjoni ċara u b’saħħitha talGvern Malti għal dan is-settur. Andre Luis jgħid li kienet il-ħidma tal-Gvern f ’dan is-settur li għenet sabiex ittieħdet id-deċiżjoni li THU jiġi f ’pajjiżna.

Dan il-festival se jkun qed jiltaqa’ f ’pajjiżna minn tal-inqas għal sentejn oħra. Kienu bosta l-kummenti li dehru fuq il-mezzi soċjali mill-parteċipanti ta’ dan il-festival dwar pajjiżna u s-sbuħija tiegħu, kummenti bħal: “maġiku”, “sabiħa” u “pajjiż wieħed qisu mużew”. Il-konferenza ta’ tlett ijiem DELTA Summit li se tiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla bejn it-3 u l-5 ta’ Ottubru 2018, se tkun qed issir fl-unika pajjiż fid-dinja li lleġiżla favur ir-regolarizzazzjoni tas-settur DLT fosthom il-blockchain: pajjiżna. Il-Gvern Malti ilu jaħdem għal dan l-aħħar 18-il xahar sabiex idaħħal tliet liġijiet li rregolaw dan is-settur u permezz ta’ din il-konferenza l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fuq skala internazzjonali fejn se jkunu qed jinġabru taħt l-istess saqaf mhux biss għadd kbir ta’ investituri u kumpaniji iżda anke l-bordijiet regolatorji ta’ pajjiżna fosthom l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-Awtorità l-ġdida li proprju se tiġi mnedija waqt il-konferenza, l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjonai Diġitali.

Waqt din il-konferenza se jkunu qed jieħdu sehem fost l-ikbar kumpaniji fil-qasam tal-blockchain u l-cryptocurrency foshom Okex, Binance, Evercoin, Neufund u se jkunu qed jagħmlu diskorsi mhux biss il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri, iżda anke ismijiet bħall-investitur Amerikan Tim Draper, il-Kap Eżekuttiv ta’ Binance CZ u l-Fundatur ta’ Wikipedia Larry Sanger. F’kumment lill-gazzetta KullĦadd il-Kap Eżekuttiv ta’ Delta, Dr Abdalla Kablan stqarr li huwa jemmen li s-settur tal-Blockchain se jkompli jikber u jikber sew f ’pajjiżna. Uħud mill-aqwa mħuħ fid-dinja f ’dan is-settur qegħdin jirrilokaw f ’Malta tenna Kablan. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari responsabbli misServizzi Finanzarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri stqarr li huwa kburi li pajjiżna huwa ċ-ċentru mhux biss Ewropew iżda qed isir ċentru dinji tal-innovazzjoni. Schembri saħaq li attivitajiet bħall-Festival tat-THU jservu mhux biss biex Malta tkun fuq il-mappa ta’ attivitajiet bħal dawn, iżda anke jservu bħala fonti ta’ opportunitajiet għażżgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Dwar id-Delta Summit, Silvio Schembri saħaq li “l-attendenza u l-parteċipazzjoni ta’ wħud mill-akbar ismijiet fid-dinja tal-blockchain u l-cryptocurrencies hija mera tal-isforzi u r-riżultati kbar li qed jikseb f ’pajjiżna f ’dan il-qasam”. Pajjiżna qed ikun tabilħaqq pijunier fl-innovazzjoni u dan kollu qed iwassal sabiex ikun hemm aktar tkabbir ekonomiku u aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Malta ideali għal Università li topera bil-Blockchain

Ix-xewqa ta’ Università internazzjonali tal-Blockchain biex tibbaża ruħha f’pajjiżna sabet l-appoġġ tal-komunità tal-Blockchain dinjija. Saħaq dan ir-riċerkatur mill-Unviersità ta’ Oxford Joshua Broggi mar-rivista Forbes.

B’hekk, Woolf University, Università hekk imsejħa bla fruntieri, se tkun l-ewwel Università f’Malta li topera fuq it-teknoloġija tal-Blockchain.

Din se tkun qed toffri varjetà ta’ korsijiet, inkluż korsijiet online. L-Università se taħdem b’mod u manjiera li tħeġġeġ lil dak li jkun jistudja minn kull rokna tad-dinja permezz ta’ tutorials ppersonalizzati.Aqra aktar

Kumpanija tal-Blockchain se tmexxi l-kwartieri għal Malta

Il-kumpanija Krypton Capital li ilha topera fl-oqsma tal-blockchain u l-cryptocurrecy sa mill-2007, ħabbret li se tmexxi l-kwartieri tagħha għal Malta.

L-aħbar ingħata fuq is-sit awtorevoli Cryptovest li rrapporta li l-Kumpanija li bħalissa għandha l-kwartieri tagħha fi Kiev fl-Ukrajna se tmexxi l-kwartieri tagħha għal Malta.Aqra aktar

Jitnieda fond ta’ €300,000 għal boroż ta’ studju fl-oqsma tad-DLT u l-Blockchain

Il-Gvern alloka €300,000 f’boroż ta’ studju biex jinvesti fi studenti li jixtiequ jispeċjalizzaw fl-oqsma tal-Blockchain u d-DLT fl-Università ta’ Malta.

Il-boroż ta’ studju tfasslu b’ħidma konġunta bejn il-aġenizja tal-informatika tal-Gvern u l-Università, se jingħataw f’livell ta’ Masters u Dottorat għal dawk li diġà għandom degree f’għadd ta’ suġġetti bħal-liġi, il-finanzi u n-negozju. Aqra aktar

Send this to a friend