bkara – One News

“Filli f’xifer il-mewt u f’daqqa waħda kuljum aħjar”

Kważi ġimgħa u nofs mindu l-Kuntistabbli Simon Schembri kien kważi tilef ħajtu wara li ttajjar minn ġuvni ta’ sbatax -il sena f’Ħal Luqa, il-kundizzjoni medika tiegħu qed titjieb ma’ kull jum li jgħaddi.

L-Ispettur Herman Mula, li hu l-kelliem ewlieni tal-familja Schembri stqarr ma’ ONE News li minkejja li t-triq għall-fejqan hi waħda twila, jidher li Schembri qed iwieħeb tajjeb għall-kura li qed tingħatalu tant li jinsab luċidu u konxju tar-realtajiet li qed jaffaċċja.

“We can look back ġimgħa, ġimgħa u ftit down the line u ngħidu li filli kien f’xifer il-mewt, qisha kienet skontata li se jmut Simon u f’daqqa waħda kuljum jagħmel dik it-tikka improvement. L-ewwel fetaħ għajnejħ, imbgħad beda jitkellem, imbgħad beda jieħu xi naqra likwidi u issa dal-aħħar jumejn anke naqra solidi qiegħed jiekol Iġifieri dak huwa sinjal tajjeb mmens.”

 Wara li kien hemm ħafna li ħadu l-inizjattiva li jiġbru xi fondi għall-Kuntistabbli Schembri, il-familja ħolqot żewġt kontijiet bankarji biex il-ġbir ikun regolarizzat u jiġu eliminati l-abbużi. Issa li l-affarijiet qabdu t-triq it-tajba, il-familja u l-ħbieb ta’ Simon ħassew li għandhom imorru pass ieħor il-quddiem.

Dwar dan l-Ispettur Mula spjega ma’ ONE News li qed jitfassal qafas għal fondazzjoni li mhux biss ser tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ Simon iżda wkoll ta’ dawk li tmisshom ix-xorti ħażina li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

“Once li jissettjawilna, il-fondi se jiġu trasferiti kollha fiha. Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-skop tagħha se jkun li jkun hemm accountability, professjonalità u auditing indipendenti kemm mill-familja u kemm mil-ħbieb tiegħu. L-ewwel mhu se ngħinu il-kawża ta’ Simon, pero il-flus li se jibqà, jekk jibqà u anke jekk ma jibqax, din il-fondazzjoni hija l-skop tagħha hu li tgħin nies li jgħaddu minn dak li għadda Simon u mhux persuni fil-pulizija biss.”

Intant rapporti fil-midja qalu matul il-lejl li għadda il-ħanut tal-familja, f’raħal ġdid kien fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

BIL-FILMAT: Proġett ta’ €55 miljun biex itejjeb is-sistema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar proġett ta’ €55 miljun b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej biex ittejjeb is-sistema tat-traffiku fiż-żona ċentrali ta’ Malta, dik ta’ bejn l-Imrieħel u l-Mosta – żona li ta’ kuljum tara mat-30,000 vettura. Il-proġett għandu l-għan li jaqta’ bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar fil-qalba tal-pajjiż, mill-Imrieħel, Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard sar-roundabout tat-telgħa tas-Saqqajja li tgħaqqad Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, il-Mosta u l-Imġarr.

Aqra aktar

BIL-FILMATI: Karozza tinħakem min-nirien fi Triq il-Fuħħarin f’Birkirkara

Karozza tal-għamla Skoda inħakmet min-nirien kmieni l-Erbgħa filgħodu fi Triq il-Fuħħarin f’Birkirkara.

Fuq il-post waslet vettura tat-tifi tan-nar flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija tad-Distrett fejn għalqu t-triq għat-traffiku.

Minn informazzjoni li ksibna jidher li l-karozza kienet ipparkjata qabel ma seħħ l-inċident.

Il-Pulizija sejħu ambulanza fuq il-post sabiex tassisti lis-sidt għax xokk li sofriet.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

L-influwenza tal-midja f’kors organizzat minn Zak

Il-EuroCourse ta’ din is-sena ġie organizzat miż-ŻAK, organizazzjoni li hija membru fi ħdan il-FIMCAP li hija familja ta’ żgħazagħ attivi ta’ movimenti kattoliċi ta’ għaqdiet parrokkjali . F’dan l-avveniment kien hemm 24 parteċipant minn pajjiżi madwar l-Ewropa li jinkludu lil Malta, il-Ġermanja, il-Katalonja, il-Litwanja, il-Belġju, id-Danimarka, ir-Rumanija u l-iSlovakkja. Il-kors tat-taħriġ kien jismu ‘Head in the Cloud’ u iffoka fuq it-tema tal-litteriżmu fil-midja u l-ħsieb kritiku. Iż-żgħażagħ l-opportunita` jqattgħu 5 tijiem ġewwa ż-ŻAK House f’Birkirkara bejn il-31 ta’ Jannar u l-4 ta’ Frar 2018.

F’dawn il-jiem, iż-żgħażagħ iddiskutew kif il-midja tinfluwenzana, l-eċċess ta’ informazzjoni li qed nkunu bbumbardjati bih u kif nistgħu nkunu kritika aħjar ta’ din l-informazzjoni. Il-workshops kienu ffaċilitati minn professjonisti fil-qasam. Tgħallmu wkoll dwar l-influwenza li l-midja għandha fuq in-nies permezz tat-tqegħid tal-prodott u l-irwol tar-reklamar fis-soċjeta`. Fehemhu wkoll l-importanza ta’ sorsi affidabbli u kif nistgħu niddistingwixxu aħbarijiet foloz minn dawk vera. Esploraw ukoll l-isfond tal-ġurnaliżmu u l-konnessjoni tiegħu mal-midja soċjali. Dan kien permessibbli bis-saħħa tal-programm Erasmus+

Send this to a friend