Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar

Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar
Bdew ix-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi ta’ żarmar biex is-sit tat-tankijiet tal-fuel tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa titnaddaf darba għal dejjem. Dan is-sit, li ilu jopera mill-1920, kien jipprovdi l-petrol, dijsil u jet fuel għal pajjiżna; u matul is-snin inbnew ħafna djar madwaru u fil-viċinanzi għaldaqstnant żdied id-detriment għar-residenti u dawk li jgħixu fil-madwar.
Rapport ikkummissjonat fl-2014 mill-Malta Freeport Terminals Ltd dwar il-livelli ta’ ħsejjes f’Birżebbugia u l-akwati, kawżati mix-xogħol fil-Port Ħieles, juri li ġeneralment dawn huma ogħla minn dawk permessibbli mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.
Koppja tar-rapport tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru għall-Kompetittività Emanwel Mallia għal mistpqsija parlamentari ta’ Anthony Agius Decelis. L-istudju sar bejn Frar tal-2014 u Jannar tas-sena l-oħra.
Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa qed jinsisti li l-l-Freeport Terminals għandu jħallas il-planning gain ta’ €955,000. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar u t-terminal qiegħed jappellaha.
Dan għax il-kumpanija qed tgħid li din is-somma mhix planning gain iżda multa li m’għandiex tkun mitluba tħallas. Il-planning gain kien marbut ma’ permess għall-installazzjoni ta’ krejnijiet ġodda u l-Freeport qed jgħid li dawn inaqqsu l-impatt ambjentali speċjalment minħabba r-rekwiżiti ġodda fid-dawl u l-ħoss.
Ftit tal-jiem ilu tħabbar il-proġett tal-grawnd f’Wied il-Għajn u l-Iskalin jistgħu jkunu ottimisti li l-proġett ma jdumx ma jieħu l-ħajja. Dan jekk iħarsu lejn x’ġara ftit bogħod f’Birżebbuġa.
Send this to a friend