birżebbuga – One News

Notifiki

Mur għal mixja turistika f’Birżebbuġa u żur 21 post storiku f’dan ir-raħal

Il-‘Mixja Turistika f’Birżebbuġa’, li tikkonsisti f’21 post ta’ interess storiku u kulturali f’dan ir-raħal fin-naħa t’isfel tal-pajjiż, ingħatat dehra ġdida biex tkun tirrifletti aċċessibbiltà aħjar peress li tabelli ta’ informazzjoni dwar dawn is-siti kienet ġratilhom ħafna ħsara kawża tal-elementi naturali. Id-dehra ġdida kienet possibbli wara investiment min-naħa tal-Fondazzjoni għal Żvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) li tifforma parti mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.Aqra aktar

“Issa ċ-ċans” – Jirritorna wara korriment f’saqajh

F’għodwa sajfija nżilna sax-xatt ta’ Birżebbuġa biex niltaqgħu ma’ Dailin Zammit ta’ 21 sena u Cory Joyce, tifel ta’ 9 snin li kienu qed isuqu r-rota fl-iskatepark li jinsab fil-Bajja s-Sabiħa.Aqra aktar

Bdiet titqiegħed il-ħamrija bħala l-ewwel proċess t’afforestazzjoni f’Birżebbuġa

Dalgħodu beda l-ewwel preparament sabiex jibda l-proġett ta’ afforestazzjoni f’Birżebbuġa li tati għall-inħawi ta’ Bengħisa. Il-proġett, li kien tħabbar fil-bidu ta’ Mejju li għadda, beda bi tqegħid tal-ħamrija f’art li sa snin ilu fiha kien se jsir żvilupp ta’ esensjoni tal-Port Ħieles. Iżda minflok, l-art proprjetà tal-Malta Air Traffic Services, se tingħata ħajja differenti sabiex din tkun tista’ titgawda mir-residenti Birżebbuġin bħala spazju miftuħ rikreattiv. Aqra aktar

Send this to a friend