Notifiki

Esperti fit-terroriżmu fil-Birgu

Ġie iffirmat ftehim mal-International Insititue of Justice and Rule of Law, biex dan jimxi mill-bini tal-Università l-antika fil-Belt Valletta, għall-Armerija fil-Birgu.

Dan l-istitut Amerikan ilu sentejn jopera f’pajjiżna u jgħaqqad professjonisti legali mir-reġjun Ewro-Mediterranju, biex flimkien jaħdmu u jiġġieldu t-terroriżmu.

Aqra aktar

Vann jirriversja għal fuq anzjan fil-Birgu

Dalgħodu fl-10:30 raġel ta’ 73 sena mill-Birgu itlaqat minn vettura fi Triq Tal-Ħawli, il-Birgu.

Is-sewwieq tal-karozza Citroen Berlingo għandu 31 sena u joqgħod iż-Żurrieq, u kien qiegħed jirriversja meta seħħ l-inċident.

L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei u qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

 

Iżarmaw il-Birgu f’erba’ sigħat

Għal ħafna dilletanti tal-festi, l-għada tkun waħda ta’ mistrieħ u xalata.

Fil-Birgu l-istorja hija differenti. Dan għaliex l-armar u d-drapp tal-festa jgħeb mit-toroq wara ħames sigħat li San Lawrenz ikun daħal fil-knisja.
Aqra aktar

Spettakli ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz, patrun tal-Birgu, fil-Port il-Kbir se jsiru l-ispettakli annwali ta’ logħob tan-nar, li saru parti mill-kalendarju pirotekniku ta’ pajjiżna. Dawn l-ispettakli jiġu preżentati ta’ kull sena mill-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu tal-Birgu.

L-ispettaklu pirotekniku prinċipali msejjaħ “ La Notte Di San Lorenzo 2016” se jsir lejliet il-festa, nhar it-Tlieta 9 ta’ Awissu fl-10.00 p.m.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ jinżel fil-post fejn ser ikun hemm is-sound system u mhux jibqa’ fuq is-swar jew f’xi inħawi oħra vantaġjużi tal-Port il-Kbir, għax inkella ma jkunx jista’ jgawdi l-pakkett kollu li ser ikun offrut. Ħdejn il-club tar-Regatta tal-Birgu, se jkun hemm mużika u diversi effetti ta’ dwal biex jikkumplimentaw l-ispettaklu pirotekniku.

Aqra aktar

Tifel ta’ sitt snin bi ġrieħi gravi, milqut minn karozza

Tifel ta’ sitt snin sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Xatt ir-Riżq, il-Birgu.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija. Il-karozza hija tat-tip Skoda Felicia u kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena, residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla għadhom għaddejjin.

 

 

Send this to a friend