Notifiki

Gvern Laburista jipperswadi bir-riżultati, bil-proposti u bil-verità – JM

“Malta se tkun rebbieħa nhar is-Sibt li ġej, jekk kull waħda u wieħed minna ninkoraġġixxu lil kulħadd biex nivvutaw għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista għal dan il-moviment.”

Hekk beda d-diskors tiegħu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista quddiem folla numeruża li fid-29 jum tal-kampanja elettorali nġabret fil-Birgu biex tisma l-messaġġ pożittiv tiegħu.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru milqugħ fil-Birgu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu l-ewwel żjara f’din il-kampanja elettorali fil-Birgu. Spikkat il-merħba mill-isbaħ li taw lill-Prim Ministru dawk li kienu fis-suq tal-Birgu u l-kummenti pożittivi li kellhom mhux biss għall-ħidma ta’ Gvern Laburista iżda anke għat-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

L-Irxoxt jintlaqa’ biċ-ċapċip fil-Kottonera

Dalgħodu fil-Kottonera saru tliet purċissjonijiet tal-Irxoxt fil-Birgu, Bormla u l-Isla. Madankollu, din is-sena se tiżdied ukoll dik tal-Kalkara li se toħroġ llejla mis-Sede tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp. F’Ħadd il-Għid il-Kottonera tattira ammont kbir ta’ nies hekk kif l-Irxoxt tal-Birgu u Bormla jiltaqgħu flimkien. Il-purċissjonijiet ikunu akkumpanjati minn baned li jdoqqu marċi tal-Għid li huma brijjużi u miktuba għal din il-festa.

Fil-Birgu hija tradizzjoni li l-purċissjoni tkun waħda informali u spontanja u għalhekk ir-reffiegħa ma jkunux lebsin il-konfratija, fil-fatt ir-reffiegħa jintgħażlu dak il-ħin. Fil-Kalkara dalgħodu l-preparamenti kienu differenti hekk kif wara nuqqas ta’ 18-il sena se ssir il-purċissjoni tal-Irxoxt li mistennija tibda minn quddiem l-istess każin.

Aqra aktar

AVVIŻ IMPORTANTI jekk tgħix jew sejjer il-Birgu nhar il-Ġimgħa

Il-Pulizija qed tavża li nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Frar, ma jistgħux jgħaddu vetturi minn madwar il-monument tal-ħelisien, mill-Birgu waterfront u mill-parking area qrib il-Forti Sant’Anġlu. Vetturi li jinstabu pparkjati f’dawn iz-zoni se jitneħħew permezz ta’ towing. Dakinhar f’pajjiżna se jkun qed isir summit informali tal-Unjoni Ewropea.

Arti li se toħloq festin il-Birgu

Jekk għadek m’intix ċert x’se tagħmel il-Ġimgha filgħaxija u qed tfittex xi ħaġa mhux tas-soltu, dar fi trejqa fil-Birgu kapaċi tkun il-post għalik.

Tliet artisti se jesibixxu xogħolhom f dak li qed jissejjaħ Art Party, fejn dak li jkun jista’ jieħu xarba bil-kwiet wara ġimgħa impenji, inaqqar xi ħaġa tajba, u jitpaxxa bix-xogħol oriġinali ta’ tliet artisti lokali.

Segwi l-filmat biex issir taf aktar…

Disa’ oqbra ġodda fil-Birgu

 L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għat-tħaffir ta’ disa’ oqbra ġodda fiċ-ċimiterju tal-Knisja ta’ San Lawrenz, il-Birgu. Dan huwa wieħed mill-eqdem ċimiterji f’Malta u huwa magħruf bħala s-Sur ta’ Pazan.

Ix-xogħol se jinkludi bidliet liċ-ċimiterju eżistieni, inkluż ir-rilokazzjoni ta’ numru ta’ siġar. Kull qabar se jkollu spajzu biżżjjed għal bosta twiebet. L-oqbra ġodda se jkunu fi tliet partijiet differenti taċ-ċimitrju. Bħala parti mill-pjan, kien sottomess pjan dwar l-immaniġjar tal-iskart u kienu konsultati d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

Aqra aktar

Il-Birgu Fest fi tmiem il-ġimgħa

Il-Birgu Fest ta’ din is-sena se tibda fi tmiem il-ġimgħa, bejn is-6 u 8 ta’ Ottubru. Matul dan l-avveniment il-Birgu jinbidel f’belt romantika permezz ta’ xemgħat li jitpoġġew fit-toroq.
Aqra aktar

Send this to a friend